STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA
B’referenza u b’żieda ma’ dak li ġie rrappurtat li qal Dr. Edward A. Mallia fil-media lokali llum, favur l-għeluq temporanju tal-Park tal-Familja f’Marsaskala, l-Ministeru għall-Iżvilupp Sostentibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima jixtieq jgħarraf lill-pubbliku li għas-serħan il-moħħ u minkejja li l-emissjonijiet mill-impjant ta’ Sant’Antnin sal-lum baqgħu pożittivi, bħala prekawzjoni addizzjonali u fuq parir tar-Review Team immexxi mill-istess Dr. Edward A. Mallia, qed isir monitoraġġ real time tal-arja minn Marsaskala stess.
Permezz ta’ din is-sistema real time qed isir monitoraġġ effettiv tal-akkwati, li issa ilu għaddej għall-ġranet sħaħ.
Għal dan l-iskop qed jintuża apparat speċjali tal-MEPA li se jintuża sakemm jibqa’ meħtieġ u dan għall-benefiċċju tal-ħaddiema, tar-residenti u ta’ dawk kollha li jiffrekwentaw iz-zona.
Other Press Releases:
PR262031
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...
PR262030