Left arrow Mur Lura

IL-VOT 16 HUWA MEZZ KIF IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JIEĦDU SEHEM ATTIV FIT-TMEXXIJA TA’ PAJJIŻNA – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI STEFAN BUONTEMPO

pr1663
Date Icon 03/08/2013

Il-Vot 16 mhux biss sempliċiment li wieħed imur jivvota u daqshekk, iżda huwa mezz kif aħna nagħtu liż-żgħażagħ tagħna sehem importanti fit-tmexxija tal-lokalitajiet tagħhom. Huwa propju għalhekk li l-Aġenzija Żgħażagħ qed taħdem biex iż-żgħażagħ kollha jkunu parteċipi u jagħtu sehemhom b’mod attiv fid-deċiżjonijiet li jittieħdu. 

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo, meta llum żar lill-parteċipanti li se jieħdu sehem fil-Parlament taż-Żgħażagħ, waqt live-in li qed isir f’Villa Psaigon Ħad-Dingli, appella liż-żgħażagħ biex ikunu attivi fis-soċjetà civili.

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo qal li pajjiżna għandu bżonn iż-żgħażagħ biex ikomplu jieħdu sehem fis-soċjetà ċivili, billi jieħdu sehem f’għaqdiet non-governattivi, f’għaqdiet politiċi u anke fil-proċessi demokratiċi ta’ pajjiżna bħal ma’ huma l-elezzjonijiet ġenerali u dawk tal-Kunsilli Lokali. Huwa kompla jgħid li iż-żgħażagħ iridu jkomplu jwasslu l-ideat tagħhom u jaqsmuhom mal-Gvern u mal-entitajiet, u joħorġu b’inizjattivi għal ġid tas-soċjetà. L-ispirtu żagħżugħ, jiġifieri dik il-ħeġġa li persuna taħdem biex tbiddel l-ambjent ta’ madwarha, dan il-Gvern se jkun qed jinkoraġġih.

Buontempo, kompla jgħid li dan huwa l-ispirtu tal-kampanja Vot 16. Fil-Kampanja Vot 16, l-Aġenzija Żgħażagħ qed tħejji programm intensiv ta’ kif żgħażagħ jattiraw liż-żgħażagħ l-oħra jkunu aktar konxji tar-rwol importanti li huma għandhom fis-soċjetà.

Il-Parlament taż-Żgħażagħ se jilħaq il-qofol tiegħu fid-19 ta’ Settembru li ġej meta l-parteċipanti jippreżentaw il-proposti u r-riżulozzjonijiet tagħhom. Fost it-temi magħżula għal din is-sena hemm l-attiviżmu taż-żgħażagħ, l-isport, ir-riforma fl-edukazzjoni, l-IVF, ix-xogħol prekarju u r-riforma tal-ġustizzja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

Aktar Stqarrijiet Right arrow