Left arrow Mur Lura

IL-KARNIVAL TAS-SAJF

pr1656
Date Icon 01/08/2013

F'konferenza tal-aħbarijiet,  is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera ħabbar id-dettalji tal-Karnival tas-Sajf li ser issir fit-toroq ta' Bugibba bejn is-17 u t-18 t'Awissu. Huwa qal li dan il-karnival ser jerga jibda jsir għaliex l-Gvern jemmen fil-potenzjal turistiku li għandhom l-inħawi ta' Buġibba u 'l madwar.

Is-Segretarju Parlamentari qal li dawn l-inħawi, li tant jattiraw turisti lejhom, għandhom bżonn imbutattura. Huwa sostna li din l-inizjattiva qed tittieħed b'kollabarazzjoni sħiħa tal-MTA, l-MHRA, l-MCCA u l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar.

Fil-fatt il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata mis-Sindku ta' San Pawl il-Baħar Mario Salerno, iċ-Chairman tal-MCCA Albert Marshall u r-rappreżentanta tal-MHRA, għall-inħawi ta' Buġibba u San Pawl il-Baħar, Isabelle Debattista.

Ir-rappreżentanta tal-MHRA faħħret din l-inizjattiva, u qalet li hija importanti għall-kommunità kummerċjali f'dawn l-inħawi.

Is-Sur Albert Marshall, min-naħa tiegħu, faħħar il-parteċipazzjoni tas-settur privat u awgura li dan l-ispazju ġdid ikompli jagħti spinta lill-kommunità kulturali f'dan il-pajjiż.

Min-naħa tiegħu, s-Sindku Mario Salerno faħħar l-għajnuna li s-Segretarjat responsabbli mill-Kultura u Kunsilli Lokali qed jagħti, kemm f'din l-inizjattiva u anke f'inizjattivi oħra li ser jieħu l-Kunsill tul ix-xahar t'Awissu.

Is-Segretarju Parlamentari fakkar, li l-Karmival tas-Sajf qed jerġa’ jsir din is-sena wara li s-sena l-oħra l-Gvern preċedenti għall-raġunijiet politiċi għażel li ma jgħinx lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar. Is-Segretarju Parlamentari ħabbar li ttieħdet id-deċiżjoni li l-Karnival tradizzjonali jibqa’ jigi organizzat fi Frar.

Preżenti għall-Konferenza tal-Aħbarijiet kien hemm Jason Busuttil u l-Kunsilliera Graziella Galea.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

Aktar Stqarrijiet Right arrow