Left arrow Go Back

APPROVAT IL-PERMESS GĦAL PROĠETT TAL-KAPPARA JUNCTION

pr1655
Date Icon 01/08/2013

Waqt laqgħa pubblika li saret illum quddiem il-bord tal-MEPA, ġie approvat b’mod unanimu l-permess għall-bini ta’ ‘fly-over’ fil-Kappara biex ittaffi l-problemi ta’ traffiku f’dawn l-inħawi.

Dan kien proġett li ilu mwiegħed għexieren ta’ snin, fil-fatt l-ewwel attentat formali kien sar fis-snin 90 u kien hemm anke permess approvat fl-1996.

Fil-ġranet li għaddew saret sessjoni ta’ informazzjoni għall-pubbliku, li ġiet deskritta bħala waħda pożittiva ħafna.

Permezz ta’ dan il-proġett se titwessa’ wkoll Triq Reġjonali. Il-Gvern preżenti, permezz tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, se jkun wettaq wegħda elettorali oħra, li se jagħti prijorità lil dan il-proġett li kien għadu qatt ma immaterjalizza u li permezz tiegħu se tkun indirizzata waħda mill-problemi fejn jinġabru volumi kbar ta’ traffiku kuljum.

Fil-fatt, permezz ta’ dan il-proġett, 50% tat-traffiku se jkun elevat ‘il fuq u għalhekk, l-andament tat-traffiku se jkun ħafna aħjar. Barra minn hekk, bit-tneħħija tal-‘bottlenecks’, se jkun hemm moviment aħjar tal-vetturi, inqas ħin fit-traġitt bejn lokalità u oħra; kif ukoll titjib fil-kwalita ta’ arja.

Huwa ippjanat li t-tender biex jinbeda x-xogħol se joħroġ madwar xahrejn oħra u jekk ma jkunx hemm appelli jew intoppi oħrajn, ix-xogħol fuq il-proġett għandu jieħu madwr 18-il xahar biex jitlesta kollu.

Il-preżentazzjoni quddiem il-Bord tal-MEPA dwar il-proġett saret mill-Perit Robert Zerafa minn Transport Malta.

Il-proġett se jinkludi wkoll pedestrian crossing u għall-ewwel darba se jintużaw sound barriers biex kemm jista’ jkun titnaqqas l-inkonvenjenza mill-ħsejjes tal-vetturi għar-residenti li jgħixu fil-qrib.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

More Press Releases Right arrow