Left arrow Go Back

PROĠETT NAZZJONALI GĦAT-TAFFIJA TAL-GĦARGĦAR

pr1649
Date Icon 01/08/2013

Komponent ta’ Ħaż-Zabbar – Wied il-Għajn

Ix-xogħlijiet f’din il-lokalità huma parti minn proġett nazzjonali mifrux fuq bosta lokalitajiet.  Il-mira prinċipali tal-proġett nazzjonali hi l-immaniġġar tal-ilma tax-xita li bħalissa huwa ta’ periklu u dannu għall-pubbliku, u li dan isir b’tali mod biex kemm jista jkun l-ilma tax-xita jkun jista jintuża bħala riżors.

Il-Proġett Nazzjonali għat-Taffija tal-Għargħar b’kollox jinvolvi investiment ta’ madwar 57 miljun ewro, u jinkludi l-kostruzzjoni ta’ 16-il kilometru ta’ mini b’dijametru ta’ aktar minn 3 metri, biex jilqgħu fihom l-ilma tax-xita mill-postijiet li jsofru l-aktar għargħar, bħal Ħ’Attard, Ħal Balzan, Ħal Lija, l-Iklin, Birkirkara, l-Imsida, il-Gżira, Ħaż-Żebbuġ, Ħal-Qormi, Ħaż-Żabbar u Marsaskala.

Il-Proġett jikkonsisti f’ħames komponenti b’sistemi differenti ta’ mini, ġibjuni u gandotti flimkien ma’ bini mill-ġdid ta’ pontijiet, li jevitaw li l-ilma jispiċċa f’żoni vulnerabbli għall-għargħar filwaqt li jieħu ħsieb li jilqa’ kemm jista’ jkun ilma għall-konservazzjoni.

Il-Proġett ser joħloq toħloq infrastruttura ġdida li taqbad l-ilma tax-xita u titfgħu f’mini, minflok tħallih jgħarraq it-toroq. Jinkludi wkoll il-bini ta’ strutturi speċjali li jżommu fihom l-ilma qabel ma jintefa’ l-baħar.  Għaldaqstant, il-Proġett Nazzjonali għat-Taffija tal-Għargħar għandu jżid il-potenzjal għall-ġbir tal-ilma, li bħalissa qiegħed joħloq periklu u inkonvenjent lin-nies kif ukoll danni lill-propjetajiet u negozji.

Ser jiġu stallati sistemi apposta (silt-traps u oil sedimentators) biex jilqu it-trabijiet u ż-żjut mill-ilma tax-xita li jidħol fis-sistema tal-mini.  Dan jgħin biex jinżamm livell baxx tat-tniġġis tal-ilma li jerġa’ jsib ruħu fl-ilma tal-pjan jew fil-baħar.

ĦAŻ-ŻABBAR /  MARSASKALA (WIED IL-GĦAJN)

Il-parti tal-proġett nazzjonali għall-lokalitajiet ta’ Ħaż-Zabbar u Wied il-Għajn, tikkonsisti minn mina ta’ 3.2 kilometri tul  u wisa’ ta madwar 3 metri b’ 3.5 għoli.  Din ser tinbena minn Ħaż-Żabbar, taħt parti kbira minn Triq Wied il-Għajn, sal-kosta ta’ bejn ix-Xgħajra u Ħaż-Żabbar. Din il-mina ser tiġbor l-ilma li bħalissa qed jinzel minn Ħaż-Zabbar lejn Wied il-Għajn fejn jgħarraq it-toroq fiċ-ċentru ta’ Wied il-Għajn.  Fuq il-kosta bejn ix-Xgħajra u Ħaż-Żabbar ser tinbena struttura, li tikkontrolla l-ħruġ tal-ilma tax-xita li jinżel fil-baħar, billi żżomm parti minnu għall-konservazzjoni.  Dan jista jittieħed għall-użu permezz ta’ ppumpjar lura lejn il-wied ta’ Wied il-Għajn. Minn hawn ikun jista jitħalla jiskula biex iżid ir-riżervi fl-ilma tal-pjan, jew jintuża għal skopijiet agrikoli.  Il-mina flimkien ma l-istruttura fuq il-kosta ser ikollhom il-kapaċità li jieħdu madwar 40 metru kubu fis-sekonda bħala portata ta’ ilma minn maltempati waqt li permezz ta’ l-istess infrastruttura ser jinħoloq il-potenzjal li tiġi  ikkonservata medja ta’ madwar 63,000 metru kubu ta’ ilma tax-xita kull sena (dan jiddependi ukoll minn kemm u kif tagħmel ix-xita kull sena).  B’kollox ser ikun hemm 28 gradilja li jaqbdu l-ilma tax-xita minn wiċċ it-triq u ser jiġu stallati 19 il-silt trap/oil sedimentator magħhom.

Il-valur tax-xogħlijiet ta’ dan il-proġett nazzjonali, għall-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn, hu ta’ €6,128,453  u l-investiment ser ikun ikkofinanzjat mill UE b’rata ta’ 85%.

Il-kuntratt ingħata fit 18 ta’ Jannar 2013 u wara fażi ta’ disinn, ix-xogħol attwali beda ftit tal-gimgħat ilu u mistenni li jkun tlesta sal bidu ta’ Awwissu ta’ sena oħra (2014)

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

More Press Releases Right arrow