Left arrow Mur Lura

JINBEDA L-PROĊESS TA’ TFASSIL TA’ POLITIKA NAZZJONALI ĠDIDA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

pr1639
Date Icon 30/07/2013

Inbeda l-proċess ta’ tfassil ta’ politika nazzjonali ġdida għaż-żgħażagħ li se tkun qed tkopri s-snin 2014-2018, wara li dik eżistenti ser tiġi fi tmiemha din is-sena. Għal dan il-għan, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, l-Onor. Stefan Buontempo, waqqaf kumitat konsultattiv biex iressaq proposti fuq temi varji relatati mal-iżvilupp olistiku taż-żgħażagħ. Dan il-grupp ser iħejji x-xogħol preparatorju biex ikunu ż-żgħażagħ infushom li joħorġu b’ideat dwar l-aspirazzjonijiet u l-bżonnijiet tagħhom.

Il-kumitat konsultattiv beda jiltaqa’ dan ix-xahar, u huwa magħmul minn rappreżentanti tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, tal-Aġenzija Żgħażagħ, tal-Università ta’ Malta, tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, u minn esperti oħra f’dan il-qasam.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

Aktar Stqarrijiet Right arrow