Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT U L-INFRASTRUTTURA

pr1629
Date Icon 30/07/2013

B’referenza għal rapporti b’rabta mal-iskema ta’ parkeġġ ikkontrollat f’Tas-Sliema, il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura jixtieq jiċċara li:

Mhux minnu li l-Gvern issospenda l-iskema ta’ parkeġġ għar-residenti bla konsultazzjoni, tant li dan is-suġġett ġie diskuss bi prominenza meta l-Ministru l-Onor. Joe Mizzi, fil-bidu ta’ din il-leġiżlatura, żar il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema, fis-17 ta’ Mejju li għadda.

Kif jidher mill-korrispondenza li qegħdin nippubblikaw, wara din il-laqgħa, kien il-Kunsill stess li nforma lill-Ministru li fil-ġranet ta’ wara kellu jgħaddilu rapport dettaljat biex issir diskussjoni dwar il-proposti biex tittaffa l-problema ta’ parkeġġ. Minn dak iż-żmien, dan ir-rapport għadu ma wasalx.

Tajjeb wieħed ifakkar li l-Ministru ddikjara kemm-il darba li d-diskussjoni hija miftuħa għal kulħadd u għalhekk, Transport Malta, fit-23 ta’ Lulju li għadda, saħansitra bagħtet tfakkar lill-Kunsill Lokali li r-rapport li huma qalu li se jibagħtu, kienu għadhom ma bagħtuhx iżda sal-lum, il-Kunsill Lokali għadu ma weġibx din l-ittra.

Il-Gvern diġà għamilha ċara u din tgħodd għall-Kunsilli Lokali kollha li għandhom skemi simili, li Transport Malta qed tagħmel studju dwar sistemi differenti ta’ parkeġġ biex tkun f’pożizzjoni li tfassal polza adattata għaċ-ċirkostanzi ta’ Malta. Fost oħrajn, mill-analiżi li qiegħda ssir, jidher li din is-sistema għandha tkun abolita.

pr1629a.pdfpr1629a.pdfpr1629b.pdfpr1629b.pdfpr1629c.pdfpr1629c.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

More Press Releases Right arrow