SOSPENSJONI TEMPORANJA TAS-SERVIZZ TAT-TELECARE
pr1626
29/07/2013
Is-servizz tat-telecare se jkun qiegħed jiġi sospiż temporanjament għada bejn is-2.00p.m u t-3.30p.m minħabba tiswijiet fuq ħsarat ikkawżati minn kuntrattur privat waqt xogħlijiet fit-toroq.
Dawn il-ħsarat affettwaw is-servizz għal perjodu qasir aktar kmieni matul il-jum.
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà u l-Anzjanità Attiva jinforma lill-abbonati tas-servizz biex f’każ ta’ emerġenza jċemplu fuq in-numru 112.
Stqarrijiet Oħra:
PR262031
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...
PR262030