NAĠĠORNAW IL-LIĠI DWAR IL-VJOLENZA DOMESTIKA
Waqt żjara fix-xelter għall-vittmi ta’ vjolenza domestika ‘Dar Merħba Bik’, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-Gvern huwa kommess li filwaqt li jkompli jsaħħaħ lil din id-dar, jaġġorna l-Liġi dwar il-vjolenza domestika.
Stiednet lit-tmexxija ta’ Dar Merħba Bik biex anke hi tkun parteċipi f’dawn il-bidliet bil-għan li l-vittmi jkunu verament qed jiġu mħarsa u mgħejuna biex jerġgħu jqumu fuq saqajhom.
L-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca ddawret mad-dar li bħalissa qed toffri kenn lil erbatax-il mara u ħmistax-il tifel u tifla u li kull sena tilqa’ mal-mitt vittma.
Faħħret ix-xogħol li wettqet din id-Dar matul is-snin u kif kienet waħda mill-pijunieri f’dan il-qasam.
Il-Ministru Coleiro Preca sostniet li filwaqt li hemm lok ta’ iktar spazju, qalet li huwa iktar importanti li d-Dar toffri ambjent ta’ familja.
Hija temmet din iż-żjara billi ltaqgħet u tkellmet mal-vittmi li bħalissa qed jgħixu f’din id-dar flimkien ma’ wliedhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR262031
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...
PR262030