Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR, U L-LIBERTAJIET ĊIVILI

pr1619
Date Icon 29/07/2013

SE JITNEĦĦA SAQAF TAL-ASBESTOS LI HU TA’ DETRIMENT GĦALL-ĦADDIEMA TAL-AWTORITA` MALTIJA GĦALL-KOMPETIZZJONI U L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR

Waqt żjara li l-Ministru għad-Djalogu Soċjali, l-Affarijiet tal-Konsumatur, u l-Libertajiet Ċivili, Dott. Helena Dalli għamlet fl-uffiċini tal-Awtorita` Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur biex tiltaqa’ mal-ħaddiema tal-Awtorita`, hija ħabbret kif il-Gvern, wara li talab operations review, se jkun qed isaħħaħ l-operat tal-Awtorita` biex din tkun aktar effiċjenti.

Dott. Dalli tkellmet ukoll kif mill-Oppożizzjoni, il-PL kien ġibed l-attenzjoni tal-gvern preċedenti li viċin tal-bini fejn hemm l-Awtorita`, hemm saqaf b’materjal tal-asbestos u li hu fi stat ta’ korrużjoni u jista’ jkun ta’ ħsara u dannu għall-impjegati tal-istess Awtorita`.  Minkejja dan, il-Gvern preċedenti dejjem ċaħad li saqaf tal-Asbestos Containing Material (ACM) li hemm fil-vicinanzi hu ta’ detriment għas-saħħa tal-ħaddiema tal-Awtorita`.

Il-Gvern preżenti beda jindirizza din il-materja hekk kif kien f’pożizzjoni li jagħmel hekk.  Wara li  tlesta rapport professjonali dwar il-qaghada, dan  gie ppreżentat     lill-kumpanija Mizzi Estates Ltd, li minn għandha l-MCCAA qed tikri l-uffiċini tagħha.  Kelliema għall-kumpanija aċċettaw li kien hemm periklu għall-ħadiema u   matul  ix-xahar li ġej se jibdew ix-xogħlijiet biex dan is-saqaf jiġi żarmat u mibdul ma’ ieħor mhux tal-asbestos.

Dan ix-xogħol se jsir skont il-proċeduri applikabli  tal-Awtorita` Maltija għas-Saħħa u s-Sigurta` fuq il-Post tax-Xogħol u minn kuntrattur li huwa liċenzjant u ikkwalifikat biex nassiguraw li ma jkun hemm l-ebda periklu għas-saħħa waqt li jkun għaddej ix-xogħol.  Se jittieħdu miżuri wkoll fir-rigward tal-istess ħaddiema tal-MCCAA biex jiġi assigurat li ma jkun hemm l-ebda periklu għas-saħħa u s-sigurta` tagħhom.

Il-gvern preċedenti dejjem irrifjuta li jaċċetta l-argumenti u l-appelli tal-Oppożizzjoni ta’ dak iż-żmien biex jittieħdu passi ħalli jitneħħa dan il-periklu għall-ħaddiema.

Dan mingħajr ma għamel rappreżentanzi ma’ Mizzi Estates Ltd biex jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li jista’ jkun  hemm periklu għal min jaħdem f’dak il-bini.

Meta dan il-Gvern ressaq quddiem l-uffiċjali ta' din il-kumpanija provi inkonfuttabbli li s-saqaf tal-asbestos jikkostitwixxi tassew periklu.  Mizzi Estates Ltd. ħadet azzjoni biex tneħħi s-saqaf u tagħmel ieħor minfloku.

Dawn il-fatti huma prova tat-traskuraġni u l-indifferenza tat-tmexxija preċedenti tal-MCCAA u ta’ dawk politikament responsabbli għaliha, li ħallew din il-problema tkarkar għal ħafna żmien.  Dan minkejja l-ilmenti li kien hemm mill-istess ħaddiema u li ħafna minnhom kienu kostretti li jżommu t-twieqi tal-uffiċċju tagħhom magħluqin u saħansitra ssiġillati.

Dak li Gvern Nazzjonalista irrifjuta li jagħmel biex jipproteġi saħħet l-impjegati tiegħu f’sentejn, il-Gvern Laburista għamlu f’erba’ xhur.

Il-ħaddiema tal-Awtorita`, minn naħa tagħhom urew apprezzament u sodisfazzjon għall-interess li l-Gvern preżenti ħa fis-saħħa u s-sigurta` tagħhom, kif ukoll għall-mod kif aġixxa biex jindirizza din il-problema fl-iqsar żmien possibbli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

More Press Releases Right arrow