Left arrow Go Back

ISSIR L-EWWEL LAQGĦA TAL-KUNSILL KONSULTATTIV GĦALL-INDUSTRIJA TAL-BINI (BICC)

pr1617
Date Icon 29/07/2013

Fil-ġranet li għaddew saret l-ewwel laqgħa mill-Elezzjoni Ġenerali l’hawn, tal-Kunsill Konsultattiv il-ġdid għall-Industrija tal-Bini (BICC). Il-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini jinkludi fih entitajiet interessati fl-Industrija tal-Kostruzzjoni u huwa mmexxi mill-Perit Charles Buhagiar.

Sabiex dan il-Kunsill ikun qed jiffunzjona b’mod effettiv, ġie deċiż li jkunu appuntati ħames gruppi biex iħejja rakomandazzjonijiet biex imbagħad jiġu diskussi fuq livell ta’ Kunsill.

L-Onor. Joe Mizzi, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, qal li mingħajr dubju l-kostruzzjoni tal-bini f’Malta hija wieħed mill-pilastri tal-ekonomija u għalhekk żgur li m’hemmx lok għal aktar dilettantiżmu. Dan għaliex barra li titma parti sostanzjali tal-Prodott Gross Domestiku, dan is-settur joffri opportunitajiet ta’ investiment kif ukoll numru sostanzjali ta’ impjiegi sew professjonali, tekniċi u manwali.

Huwa fakkar kif fl-2004 kien sar l-ewwel State of the Construction Industry. Għalkemm suppost kellu jkun eżerċizzju li jsir kull sena, minn dak iż-żmien sal-lum ma sarx ieħor. L-Onor. Joe Mizzi esprima x-xewqa tiegħu li l-ewwel impenn ikun f’din id-direzzjoni, li jiġi ppreparat rapport komprensiv fuq il-qagħda u l-andament ta’ dan is-settur. Il-gvern jixtieq li jkollu stampa ċara u reali tal-andament ta’ dan is-settur u dan minn diversi perspettivi.

Il-Ministru Mizzi qal li l-BICC huwa kompost minn diversi rappreżentanti u esperti sabiex kull eżerċizzju jsir kollettivament imma wkoll b’mod multidixxiplinarju. Għalhekk il-kontribuzzjoni ta’ kull wieħed u waħda mill-membri hija validissima.

L-Onor. Joe Mizzi stqarr li jinsab ċert li ċ-Ċermen għandu programm ambizzjuż u jinsab kunfidenti li l-membri lesti jgħinuh fl-impenn li għandu quddiemu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

More Press Releases Right arrow