Left arrow Mur Lura

WIRJA F’GĦAWDEX TAL-KWADRU TAL-MEWT TA’ DRAGUT TA’ ĠUŻEPPI CALÌ

pr1604
Date Icon 26/07/2013

Fi tmiem din il-ġimgħa fil-Banca Giuratale fir-Rabat, Għawdex qed tiġi organizzata esposizzjoni esklussiva tal-pittura rinomata ta’ Giuseppe Calì “Il-Mewt ta’ Dragut”.

Din l-esbizzjoni tifforma parti mill-attivitajiet li qed jiġu organizzati mill-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali, biex jitfakkar l-assedju traġiku ta’ Għawdex ta’ Lulju 1551.

Din il-pittura hija waħda mill-aktar pitturi li għamlet isem lill-awtur tagħha, Ġiuseppi Calì u għadha tiġi meqjusa bħala l-punt ta’ referenza f’ xogħlu. Saret fl-1867, dritt wara li rritorna minn sentejn f’ Napli, u inxtrat mill-ewwel mill-Gvern Malti biex titpoġġa fil-palazz tal-Armerija fil-Belt Valletta. Il-pittura turi episodju magħruf ħafna waqt l-Assedju l-Kbir ta’ Malta fl-1565, meta l-kmandant mislem Dragut (l-istess kmandant li mexxa l-Assedju t’Ghawdex tal-1551) kien milqut minn kanun sparat mill-Forti Sant Anġlu  f’Ġunju tal-1565. Dragut miet bil-ġrieħi li ġarrab f’dan l-attakk ftit ġranet wara. Malta dak inhar ħarġet rebbieħa fuq il-qawwiet Torok.

Din il-pittura llum tinsab fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti fil-Belt Valletta u hija ffirmata u datata : “G. Calì, 1867”.

F’kelmtejn ta’ l-okkażjoni, fl-inawgurazzjoni ta’ din il-wirja, il-President tal-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali, Mons. Dr Joe Vella Gauci insista li għalkemm qed nammiraw kwadru artistiku li jfakkar ġrajja storika u traġika, jeħtieġ li nevalwawha fid-dawl tal-bidliet kbar li seħħew mal-medda taż-żmien, biex illum qed ngħixu f’kuntest u xenarju kompletament differenti. Jekk nanalizzaw il-kultura b’mod ħolistiku, napprezzaw li r-rwol ta’ Malta fil-Mediterran, inbidel kompletament minn dak ta’ art okkupata minn ġens wara ieħor, għal dak ta’ aġent tal-paċi fil-Mediterran. Dar-rwol pajjiżna qdieh b’mod speċjali mill-Indipendenza ‘l hawn  meta mhux biss ftaħna ambaxxati fil-pajjiżi f’dar-reġjun, iżda wkoll xprunajna trattati bħal dak tal-Patt ta’ Stabilità f’Helsinki, li jiddefinixxi li l-paċi fil-kontinent Ewropew, huwa intrinsikament marbut mal-paċi fil-Mediterran. Fi żminijiet iktar riċenti, wara r-Rebbiegħa Għarbija, anke l-Unjoni Ewropeja stess, kompliet tibni fuq dawn is-sisien permezz tan-Neighbourhood Policy – Southern Dimension.

Fil-konklużjoni tiegħu l-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Dr Anton Refalo ta analiżi dettaljata tal-profil artistiku tal-kwadru tal-Calì, b’mod partikolari fir-rigward tat-teknika u l-festa ta’ kuluri użati minn dan l-artist f’din l-opra. Il-Ministru Refalo radd ħajr lil Heritage Malta u l-Mużew ta’ l-Arti għal koperazzjoni tagħhom biex dan il-kwadru seta’ jinġieb Għawdex, kif ukoll lil APS Bank tas-sostenn tagħhom sabiex setgħet tittella’ din il-wirja. Dr Refalo wera wkoll ix-xewqa tiegħu li fil-futur, jittellgħu wirjiet oħra ta’ dan il-ġeneru u kalibru, b’mod speċjali fi żminijiet tas-sena meta jkunu jistgħu jżuruhom u japprezzawhom ukoll l-istudenti mill-iskejjel t’Għawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

Aktar Stqarrijiet Right arrow