Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU CARDONA JITKELLEM DWAR L-IMPORTANZA LI L-GVERN MALTI QED JAGĦTI LILL-IMPRENDITORIJA FEMMINILI

pr1601
Date Icon 25/07/2013

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona ħa sehem f’laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri tal-Kompetittività tal-UE fil-Litwanja bit-tema; Modernisation of Public Administration.  

II-Ministru Cardona tkellem dwar l-importanza li l-Gvern Malti qed jagħti lill-imprenditorija femminili u l-impenn li jippromwovi l-imprenditorija fost in-nisa. Huwa informa lil dawk kollha preżenti li l-Gvern Malti diġà qed jieħu azzjoni fuq ir-rakomandazzjonijiet li l-Kummissjoni Ewropea elenkat fl-Entrepreneurship 2020 Action plan, bħal żieda fil-faċilitajiet relatati mas-servizzi ta’ childcare u li dawn isiru aktar affordabbli. Tkellem ukoll dwar iż-żieda fil-leave tal-maternità minn 14-il Ġimgħa għal 16-il Ġimgħa sa mill-2012 u żieda ta’ Ġimagħtejn oħra fl-2013 li japplika wkoll għan-nisa self-employed u li għalhekk se jinkoraġixxi aktar nisa jibdew intrapriża. Dr. Chris Cardona rrefera wkoll għall-kampanja NISTA’ li saret fuq perjodu ta’ sentejn bil-għan li tippromwovi l-indipendenza finanzjarja tan-nisa u involviment akbar tal-irgiel f’ħidma fil-familja li ma trendix flus.

Fil-laqgħa informali tal-Ministri tal-Kompetittività tal-UE, il-Ministru Cardona saħaq li Malta temmen li l-iżvillupp tal-SME għandha tkun prijorità ċentrali fuq livell Ewropew. Dan għandu jsir partikolarment bil-promozzjoni u l-għajnuna lill-imprenditorija sa minn età żgħira, bil-għan li aktar żgħażagħ u nisa jagħżlu l-imprenditorija bħala karriera.

Malta qegħda tħares ukoll ’il quddiem għall-Programm il-ġdid għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME) li għandu jkun għodda li biha jkunu esplorati mezzi ġodda ta’ kif ikun iffaċilitat l-aċċess għall-finanzi mill-SMEs. Il-Ministru Cardona saħaq li Malta se tibqa’ politikament iffokata biex ikunu implimentati aktar miżuri li jsaħħu l-kompetittività ekonomika u l-ħolqien ta’ impjiegi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

Aktar Stqarrijiet Right arrow