Left arrow Mur Lura

BDIL TA’ BUS SHELTERS U BINI TA’ OĦRAJN ĠODDA

pr1598
Date Icon 25/07/2013

Bħala parti mit-tibdiliet neċessarji li l-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura qed jagħmel fis-sistema tat-trasport pubbliku, b’kollaborazzjoni ma’ Transport Malta, bħalissa għaddejja ħidma biex jinbnew numru ta’ bus shelters ġodda f’numru ta’ lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex, kif ukoll qed jinbidlu ħafna minn dawk li huma antiki jew imkissrin.

Fil-ġranet li għaddew, twaħħlet tinda biex il-passiġġieri jkunu jistgħu jistkennu fil-‘Park and Ride’ tal-Marsa, kif ukoll qiegħda titwaħħal oħra ħdejn l-Università. Tinda oħra, li se titwaħħal fiċ-Ċirkewwa qiegħda fl-istadju tal-evalwazzjoni tat-tender, kif ukoll għadu kemm inħareġ tender għal tinda oħra li se titwaħħal ħdejn l-Isptar Mater Dei.

Ħdax-il bus shelter twaħħlu fil-ġranet li għaddew. Dawn twaħħlu f’Ħal Balzan, Ħ’Attard, l-Iklin, Ħal Għaxaq, Marsaxlokk, Ħal Tarxien, l-Imqabba, tnejn il-Kalkara u tnejn f’Birkirkara waqt li sal-aħħar ta’ dan ix-xahar, se jkunu twaħħlu seba’ bus shelters oħra – erbgħa f’Birżebbuġa u tlieta f’Ħal Kirkop.

Sa Frar tas-sena d-dieħla, se jkunu twaħħlu ħames bus shelters oħra l-Fgura, erbgħa l-Gudja, tlieta f’Birkirkara, tnejn f’kull waħda minn dawn il-lokalitajiet – Marsascala, Ħal Tarxien, l-Imqabba, il-Qrendi, Ħal Far, waħda f’San Ġwann u f’Ħ’Attard, kif ukoll disgħa f’Għawdex – tnejn f’Għajnsielem, tnejn f’Ta’ Kerċem, tnejn l-Għarb u bus shelter fil-Munxar, in-Nadur u x-Xagħra.

Kif dawn il-bus shelters jitwaħħlu, ikun jista’ jibda x-xogħol fuq 50 bus shelter ieħor f’diversi lokalitajiet oħrajn.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

Aktar Stqarrijiet Right arrow