Left arrow Mur Lura

L-ONOREVOLI PROFESSUR RICCARDO MIGLIORI JAGĦMEL ŻJARA UFFIĊJALI LILL-ISPEAKER ANGLU FARRUGIA

pr1591
Date Icon 24/07/2013

Dalgħodu, l-President Onorarju tal-Assoċjazzjoni għall-Kummerċ bejn l-Italja u Malta, l-Onorevoli Professur Riccardo Migliori, żar uffiċjalment lill-Ispeaker tal-Parlament Malti, l-Onorevoli Anġlu Farrugia.  Il-Professur Migliori u l-Ispeaker Malti ilhom jafu ‘l xulxin snin twal peress li t-tnejn kienu attivi fl-Organizzazzjoni Għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE),  fejn il-Professur Taljan għadu kif temm il-ħatra tiegħu bħala President tal-Assemblea Parlamentari tal-istess Organizzazzjoni.

Matul il-laqgħa, li fiha assistew ukoll l-Ambaxxatur Taljan f’Malta Giovanni Umberto de Vito, flimkien mal-President u s-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Taljana Dr Antonio Pangallo, ġiet diskussa u żviluppata l-idea ta’ kif jistgħu jissaħħu r-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi, possibilment anki fi sfond artistiku kulturali, speċjalment meta wieħed iqis ir-rabtiet politiċi mill-qrib bejn Malta u l-Italja li ilhom jeżistu għexieren ta’ snin, kif ukoll dawk li storikament u ġeografikament iressqu lil pajjiżna eqreb tal-ġar Ewropew.  Għal dan l-iskop, waqt iż-żjara f’Malta d-delegazzjoni Taljana kienet qed tidentifika setturi li fihom tista’ tiġi żviluppata kollaborazzjoni bejn iż-żewġ naħat, u b’hekk jiġi sfruttat mill-aħjar is-sinerġija li tista’ titnissel mill-organizzazzjoni ta’ attivitajiet flimkien.

Matul il-laqgħa mal-Professur Migliori, l-iSpeaker fakkar kif il-Parlament, li huwa rappreżentattiv tal-poplu kollu, huwa l-aktar forum idoneu sabiex wieħed jiddiskuti kif u fejn żewġ popli li għandhom għan wieħed komuni, jistgħu jaħdmu flimkien.  Id-diplomazija parlamentari hija l-isforz tal-parlamentari ħalli jingħaqdu l-forzi ta’ pajjiżi differenti fis-setturi li huma importanti għall-iżvilupp, u għalhekk l-Ispeaker wiegħed il-koperazzjoni tal-Parlament Malti u tiegħu bħala President tal-Kamra tad-Deputati sabiex jintlaħqu l-miri ta’ din l-Assoċjazzjoni, li twieldet xahrejn biss ilu, u li tinsab ħerqana sabiex tkabbar u tkattar l-involviment tagħha ma’ Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

Aktar Stqarrijiet Right arrow