Left arrow Mur Lura

L-EDUKAZZJONI HIJA Ċ-ĊAVETTA TA’ SOĊJETÀ ĠUSTA

pr1584
Date Icon 24/07/2013

Waqt iċ-ċerimonja tal-għoti taċ-ċertifikati ta’ korsijiet tal-Lifelong Learning, offruti fiċ-ċentru tal-Aċċess tal-Qawra, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca saħqet li nridu naħdmu flimkien sabiex ikollna soċjetà ġusta fejn l-edukazzjoni tkun iċ-ċavetta għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini.

L-Onor. Coleiro Preca faħħret l-inizjativa li saret fiċ-ċentru tal-Aċċess tal-Qawra u qalet li fi sforz kollettiv mad-Direttorat tal-Lifelong Learning u oħrajn nistgħu mhux biss niżviluppaw politika soċjali integrata iżda din l-istess politika taħdem fuq livell komunitarju sabiex jintlaħqu aktar nies.

Il-Ministru qalet li l-Gvern għandu quddiemu għadd ta’ indikaturi soċjali fejn jeżistu ċrieki ta’ familji li qed jgħixu fil-faqar u fl-esklużjoni soċjali.

Fid-dawl ta’ dan, il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali mhux biss se jibqa’ post kurattiv li jagħti l-benefiċċji soċjali, iżda jieħu rwol preventiv.

Coleiro Preca qalet li parti mill-prevenzjoni hemm inizjattivi fejn iċ-ċittadini jedukaw ruħhom fi proċess kontinwu marbut mal-kunċett tal-lifelong learning.

Fi tmiem iċ-ċerimonja l-Ministru Coleiro Preca preżentat ċertifikati lil ħamsa u ħamsin persuna li temmew b’suċċess korsijiet tal-lifelong learning.

Għas-sena skolastika li ġejja ċ-ċentru tal-Aċċess tal-Qawra se jkun qed jirdoppja n-numru ta’ korsijiet. L-applikazzjonijiet għall-korsijiet li se jibdew f’Ottubru li ġej se jinfetħu f’nofs Awwissu. 

Fost il-korsijiet offruti hemm taħriġ fil-kitba u l-qari tal-Malti u l-Ingliż u suġġetti bħal Matematika, Xjenza u oħrajn.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

Aktar Stqarrijiet Right arrow