L-ISPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI U L-AMBAXXATUR ĠERMANIZ JILTAQGĦU MA GRUPP TA’ REKLUTI TA’ KORPI TAL-PULIZIJA ĠERMANIŻA
pr1576
22/07/2013
Wara żjara ta’ kortesija mill-Ambaxxatur Ġermaniż l-Eċċelenza Tiegħu Klaus Peter Brandes lill-iSpeaker tal-Parlament ta’ Malta, l-Onorevoli Anglu Farrugia stieden l-istess Ambaxxatur sabiex flimkien miegħu, jindirizzaw 14-il rekluta ta’ korpi tal-pulizija Ġermaniża li kienu fuq żjara ta’ informazzjoni fil-bini tal-Parlament ta’ Malta.
Din iż-żjara kienet tagħmel parti minn internship programme organizzat mill-Korp tal-Pulizija Maltija għal 10 rekluti mill-Polizeiprasidium Gelsenkirchen u erba’ rekluti mill-Fachbereich Polizei.
Stqarrijiet Oħra:
PR262031
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...
PR262030