Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU CARDONA JŻUR IL-KUMPANIJA MALTCO LOTTERIES

pr1540
Date Icon 18/07/2013

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona żar il-kumpanija Maltco Lotteries. Matul din iż-żjara huwa nnota l-ħidma li qed issir minn din il-kumpanija li topera l-lotteriji f’Malta u li issa daħlet fit-tieni għaxar snin terminu tagħha.

Dr. Chris Cardona qal li l-kumpanija Maltco stabilixxiet ruħha f’Malta u matul is-snin għarfet ittejjeb u toffri servizzi ġodda lill-klijenti. Dan għamlitu fost l-oħrajn b’investiment f’teknoloġiji ġodda. Il-Ministru Cardona qal li l-Gvern jirringrazzja lil din il-kumpanija għall-kontribut li qed tagħti lill-ekonomija, fejn is-suċċess fl-operat tagħha ġġenera dħul f’liċenzji u taxxi.

“Din hija sħubija. Il-Gvern irid jgħin il-kumpaniji jkollhom suċċess f’Malta u jrid ekonomija b’saħħitha fejn id-dħul u t-tkabbir ikun riżultat tas-suċċess tal-intrapriżi” qal il-Ministru Cardona. L-istess kif din il-kumpanija għarfet taħdem biex ittejjeb l-operat tagħha, il-Gvern qed jaħdem biex itejjeb l-ekonomija Maltija b’sensiela sħiħa ta’ proġetti u inizjattivi.

Il-Ministru Cardona, f’isem il-Gvern Malti rringrazzja lil Dr. Ionannis Katakis, Kap ezekuttiv ta’ Maltco tal-ospitalità kif ukoll tad-donazzjoni ta’ €50,000 għar-Responsabile Gaming Fund. Dr. Katakis fl-indirizz tiegħu lill-mezzi tax-xandir tkellem dwar iż-żieda sinifikanti fil-logħob offruti mill-kumpanija lill-konsumaturi Maltin, fejn minn 3 fl-2004 illum żdiedu għal 7. Semma wkoll kif kien hemm żieda ta’ 43 banka tal-lottu fl-istess perjodu u l-kontribuzzjoni ta’ €6.5 miljun li l-kumpanija tat lill-fond għal kwazi ġusti, fi premjijiet mhux miġbura.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow