STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN
Il-Kummissjoni Għolja Maltija f’Londra għalqet kwarta qabel il-ħin fuq rakomandazzjonji tal-Pulizija Ingliża
B’referenza għal dak li ntqal mill-ġurnal l-Orizzont illum, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jixtieq jiċħad diversi allegazzjonijiet.
Nhar it-Tlieta tard wara nofsinhar il-Pulizija Ingliża infurmat lill-Kummissjoni Għolja Maltija f’Londra li kellha informazzjoni li fiż-żona li minnha topera, kien se jinqala’ xi nkwiet. Il-Pulizija tat struzzjonijiet biex il-ħaddiema li jaħdmu f’dawn l-akwati jħallu din iż-żona. Għaldaqstant, il-ħaddiema Maltin fil-Kummissjoni Għolja ħallew il-post tax-xogħol tagħhom kwarta biss qabel il-ħin li fih is-soltu din tagħlaq. Dawn imxew mal-istruzzjonijiet mogħtija mill-Pulizija. L-għada il-Kummissjoni Għolja fetħet bħas-soltu.
Għaldaqstant, mhux f’loku il-kummenti u allegazzjonijiet li ħareġ bihom il-ġurnal l-Orizzont. Dan il-ġurnal, għal kuntrarju tal-ġurnali l-oħra Maltin naqas milli jsaqsi għall-fatti mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
Uffiċini oħra f’din l-akkwata wkoll għalqu l-bibien tagħhom, hekk kif mitluba jagħmlu dan mill-Awtoritajiet Ingliżi.
Other Press Releases:
PR262034
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...
PR262033