Left arrow Mur Lura

Il-MINISTRU LEO BRINCAT F’DISKUSSJONI MAL-MINISTRI TAL-AMBJENT TAL-UNJONI EWROPEA DWAR L-ASPETTI AMBJENTALI TAS-SHALE GAS

pr1525
Date Icon 17/07/2013

Waqt laqgħa tal-Ministri tal-Ambjent tal-Unjoni Ewropea li nżammet f’Vilnius il-Litwanja, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat ħa sehem f’diskussjoni dwar l-aspetti ambjentali tas-shale gas.

L-użu tas-shale gas l-hekk imsejjaħ ‘żejt mhux konvenzjonali’, huwa fenomenu li kull ma’ jmur aktar qed jinfirex, tant li fl-Istati Uniti qed iqisu li qed isseħħ ‘rivoluzzjoni tas-shale gas’.

Il-Ministru Brincat qal li jidher ċar li għad hemm inċertezzi kbar fl-Unjoni Ewropea dwar dan il-fenomenu, kemm bħala kundizzjonijiet ġeoloġiċi, l-ispejjeż tal-produzzjoni u kif ukoll l-impatti ambjentali u soċjali li dan jista’ jġib.

Huwa qal li apparti dan kollu l-akbar sfida li ser ikollhom quddiemhom il-pajjiżi Ewropej hija l-impatt li dan jista’ jkollu fuq is-sigurtà tal-provvista,  fuq il-prezzijiet tal-enerġija u fejn tidħol kompettività.

Il-Ministru Brincat qal li bla dubju ta’ xejn l-akbar impatti u riskji purament ambjentali huma marbutin mal-użu u tniggiż tal-ilma, l-emissjonijiet fl-arja , il-methane li huwa greenhouse gas qawwi u kif dan kollu jaffettwa lill-komunità.

Kompla billi qal li wieħed irid jara jekk l-innovazzjoni teknoloġika tavvanzax biżżejjed biex tindirizza problemi li sal-lum jidhru li jeżistu f’dawn l-oqsma.

Għalkemm dan it-tip ta’ żejt jista’ jnaqqas id-dipendenza fuq il-faħam ħafna Ministri diġà urew it-tħassib tagħhom li dan minn naħa l-oħra jista’  jbiegħed ċerti investimenti lil hinn mill-enerġija rinovabbli u enerġija aktar nadifa, kif ukoll mill-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.

Il-Ministru Brincat qal li mhuwiex magħruf jekk f’pajjiżna jeżistix is-shale gas. Dan apparti l-fatt li sal-lum għadna lanqas bdejna nisfruttaw b’mod pożittiv il-gass konvenzjonali.

Minn naħa l-oħra, jekk il-provvista globali tal-gass tikber, il-prezz tal-methane gas jonqos u aktarx li jkun hemm tnaqqis fl-ispejjeż fuq il-provvista ta’ gass maħsuba għall-proġett ġdid fin-nofsinhar ta’ pajjiżna.

Temm jgħid li quddiem dan kollu huwa importanti li jibqgħu jingħataw prijorità aspetti li jista’ jkollhom impatt fuq is-saħħa ambjentali u l-bijodiversità.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow