IFFIRMAT IL-FTEHIM BEJN L-AWTORITÀ MALTIJA GĦAT-TURIŻMU U L-ORGANIZZATURI TAL-KUNĊERT TAT-TENUR MALTI JOSEPH CALLEJA BIEX IL-PUBBLIKU JATTENDI FL-ISTANDING AREA MINGĦAJR ĦLAS
Illum ġie ffirmat il-ftehim bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-kumpanija NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert tat-Tenur Malti Joseph Calleja.
Kif kien tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet fl-14 ta’ Ġunju li għadda mill-Ministru għat-Turiżmu, l-Onor. Karmenu Vella, bis-saħħa ta’ dan il-ftehim, il-pubbliku se jingħata ċ-ċans li jattendi għal dan il-kunċert bla ħlas hekk kif iż-żona riservata għal dawk bilwieqfa (standing area) se tkun miftuħa kompletament b’xejn għall-pubbliku.
Il-kunċert se jsir nhar l-1 t’Awwissu fuq il-Fosos tal-Furjana.
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu se tingħata aċċess għall-filmati tal-kunċert li se jinġibed permezz ta’ 14-il kamera tat-tip high defintion sabiex dan jiġi mqassam fl-Ewropa bħala promozzjoni għal pajjiżna.
Stqarrijiet Oħra:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029