Left arrow Mur Lura

XOGĦOL MILL-ĠDID FUQ PARTIJIET MINN TRIQ IL-MARFA, ĊIRKEWWA

pr1519
Date Icon 16/07/2013

Partijiet minn Triq il-Marfa, iċ-Ċirkewwa, se jkollhom jinqalgħu u jsiru mill-ġdid, wara inqas minn sena li din it-triq tlestiet, minħabba xogħol li sar ħażin mill-kuntrattur.

Ix-xogħol matul partijiet ta’ Triq il-Marfa, se jsir bejn għada l-Erbgħa u l-Ħamis, 18 ta’ Lulju, 2013.

Ix-xogħol se jkollu jsir mill-ġdid wara li spezzjonijiet apposta li saru fuq partijiet mit-triq żvelaw li hemm diversi nuqqasijiet fir-regolarità tal-wiċċ tat-triq.

Il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura jiskuża ruħu mal-pubbliku għal dan l-inkonvenjent li ma kellux kontroll fuqu minħabba li x-xogħol infrastrutturali sar taħt Gvern preċedenti u jwiegħed li se jiġi żgurat li jitlesta fl-inqas żmien possibbli biex ikun evitat kull inkonvenjent għall-pubbliku, li diġa kien dam biżżejjed ibati minn inkonvenjenzi meta t-triq kienet qiegħda tinbena mill-ġdid.

Minħabba dawn in-nuqqasijiet li rriżultaw, f’perjodu meta l-kuntrattur għadu responsabbli tax-xogħol li sar, issa se jkun il-kuntrattur li jagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa billi jbiddel il-wiċċ ta’ partijiet mit-triq lejn il-‘junction’ ta’ Triq Wied Musa u quddiem il-lukanda Paradise Bay Hotel.

L-ispejjeż relatati max-xogħol se jitħallsu mill-kuntrattur, skont l-obbligi tal-kuntratt. Il-firxa tat-triq fejn hemm il-ħsarat hija ta’ madwar 200 metru.

Bix-xogħlijiet li se jsiru, mhux se jkun hemm bżonn li tingħalaq it-triq għat-traffiku, iżda l-vetturi se jgħaddu minn kareġġjata waħda, għaldaqstant, is-sewwieqa huma avżati biex isuqu bil-galbu u josservaw it-tabelli tat-traffiku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow