“GĦANDU JKUN HEMM INVESTIMENT PRIVAT FI PROĠETTI NATURA 2000 U PROĠETTI LI JAQGĦU TAĦT L-INFRASTRUTTURA L-‘ĦADRA’ ” – IL-MINISTRU LEO BRINCAT
Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat qed jattendi għall-laqgħa informali tal-Ministri Ewropej tal-Ambjent f’Vilnius il-Litwanja li ħadet il-Presidenza tal-Unjoni Ewropeja fil-bidu ta’ dan ix-xahar.
Huwa hu jindirizza din il-laqgħa l-Ministru Leo Brincat qal li bħala turija ċara tal-impenn ta’ pajjiżna favur il-biodiversità – impenn li huwa mnaqqax ukoll fil-Manifest Elettorali tal-Gvern – hemm bżonn li jiġi inkoraġġit investiment privat kemm favur siti Natura 2000, kif ukoll f’dik li tissejjaħ l-infrastruttura l-‘ħadra’.
Ebda pajjiż ma jista’ jiżviluppa l-hekk imsejjħa ekonomija ħadra u joħloq il-green jobs jekk it-tisħiħ tal-biodiversità ma jimxix id f’id mat-tisħiħ tal-ekonomija tal-pajjiż.
Il-Ministru Brincat qal li l-Gvern Malti jappoġġja l-proposta li biex jiġu faċilitati proġetti simili għandhom jissaħħu d-diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni Ewropeja u l-Bank Ewropew tal-Investiment ħalli jaraw jistax jitwaqqaf dik li tissejjaħ A Natural Capital Finance Facility.
Qal li għandha tkompli tissaħħaħ ukoll il-ħolqa bejn il-politika nazzjonali ta’ kull pajjiż - favur aġenda dwar in-natura u l-biodiversità - u politika soċjo-ekonomika aktar wiesgħa. Dan ikun jista’ jissarraf f’aktar tkabbir ekonomiku u wkoll f’aktar impjiegi temm jgħid il-Ministru Brincat.
Other Press Releases:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029