Left arrow Mur Lura

JINĦATAR NATIONAL FOCAL POINT FUQ ID-DIMENSJA F’MALTA

pr1513
Date Icon 15/07/2013

L-Onor. Franco Mercieca, Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbilità u l-Anzjanità Attiva ħabbar dalgħodu l-ħatra ta’ Dr Charles Scerri, riċerkatur u lettur fl-Università ta’ Malta bħala n-National Focal Point fuq id-Dimensja f’Malta. Dan bil-għan li sal-aħħar tas-sena tkun imfassla u riveduta mill-ġdid l-istrateġija nazzjonali kontra d-dimensja li tħalliet fuq l-ixkaffa għal dawn l-aħħar  snin.

F’konferenza tal-aħbarijiet, Dr Mercieca qal li din l-inizjattiva tikkonferma l-ħidma ta’ dan il-Gvern biex titwettaq wegħda oħra fil-Programm Elettorali li bih ġie elett dan il-Gvern fejn kien sostnut li l-ġlieda kontra d-dimensja se tkun waħda mill-prijoritajiet ta’ Gvern ġdid.

L-Onor. Segretarju Parlamentari tenna li t-tfassil tal-istrateġija se jgħin mhux biss lill-persuni li jbatu bid-dimensja iżda biex ittaffi wkoll mill-piż kbir li jġorru l-qraba tagħhom.

Huwa semma li 1.2% tal-popolazzjoni Maltija jbatu minn din il-kundizzjoni. Qal li l-fatt li l-popolazzjoni qiegħda dejjem tixjiħ, ifisser li pajjiżna se jara żieda wkoll fl-għadd ta’ persuni li jbatu bid-dimensja.

Dr Mercieca qal li id f’id ma’ din l-istrateġija, il-Gvern qiegħed jaħdem fuq l-Istrateġija Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva li wkoll għandha sehem importanti biex tiġġieled din il-kundizzjoni billi żżomm lill-anzjani attivi kemm jista’ jkun fis-soċjetà.

 “Aħna kommessi li din l-istrateġija nippubblikawha u nwettquha. Hemm konnessjonijiet finanzjarji ma’ kull pass li nagħmlu, iżda dan huwa settur importanti li jeħtieġ li nibdew naġixxu minn issa fuqu,” qal is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Dr Franco Mercieca.

“Dawn in-nies huma bla vuċi u ma jistgħux jiġġieldu għalihom infushom. Għandhom bżonn ta’ ħafna għajnuna u għalhekk it-tfassil mill-ġdid ta’ din l-istrateġija se jgħin biex nibdew nindirizzaw il-bżonnijiet li jeħtieġu dawk milqutin minn din il-kundizzjoni,” żied jgħid is-Segretarju Parlamentari.

Min-naħa tiegħu, Dr Charles Scerri, il-persuna ta’ referenza għad-dimensja f’Malta qal li skont studji li saru jirriżulta li hawn mal-5,200 persuna f’Malta bid-dimensja u li dawn mistennija jaqbżu l-14,000 fil-25 sena li ġejjien. Huwa sostna l-istrateġija kontra d-dimensja ma tridx tħares biss lejn il-persuna li għandha din il-kundizzjoni iżda wkoll lil kważi 15,000 persuna oħra li qed imissu direttament ma’ din il-kundizzjoni.

Huwa sostna li wieħed mill-aktar pilastri ta’ kull strateġija kontra d-dimensja huma s-servizzi fil-komunità u l-mira tal-istrateġija se jkun li jinstabu dawk il-metodi ta’ kif dawk milquta jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fis-soċjetà.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow