PRATTIKA TRASPARENTI U NIFS ĠDID LIL KUMPANIJI LI QATT MA’ NGĦATAW OPPORTUNITA`
Il-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar jisħaq li l-proċess li bih qed ikunu ingaġġati l-kumpaniji għal servizzi legali meħtieġa mill-Ministeru u d-dipartimenti tiegħu, huwa wieħed trasparenti u waqqaf dak li kien isir mill-amministrazzjoni preċedenti, li kienet toħroġ direct orders lil numru limitat ta’ uffiċċju legali, bir-riżultat li kienu jibbenefikaw biss numru ristrett ta’ uffiċċji legali.
Fil-Każ tal-konċessjoni tal-Casino, il-Privitisation Unit għamel talba għal proposti bil-għan li tingħata l-opportunita` lill- uffiċċji legali kollha biex juru l-interess li joffru s-servizzi tagħhom. Kuntrarjament għal dak li kien irrapurtat skorettament mill-gazzetta The Sunday Times, ma nħareġ l-ebda tender f’dan il-każ, iżda talba għal proposti.
Wara li l-Privitisation Unit ġabar il-proposti ta parir lil Ministru ibażżat esklussivament fuq il-prezz. Il-Ministru deherlu li la darba dan kien biss parir, l-għażla ma kellhiex tkun ibbażata esklussivament fuq il-prezz biss, imma wkoll fuq il-kriterji kwalitattivi, anke fid-dawl tal-fatt li dan kien settur speċifiku fin-natura tiegħu.
Għal darb’ oħra l-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar qed jerġa jiċħad li kien hemm xi tilwim bejn il-Ministru u s-Sur Emmanuel Ellul li kien ic-chairman tal-Privitisation Unit. Kif kien diġa ċċarat, inkluz mill-istess Sur Ellul, ir-raġuni tar-riżenja tiegħu kienet minħabba raġunijiet ta’ saħħa.
Rigward id-dikjarazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Kap tal-Oppożizzjoni Dr. Simon Busuttil, il-Ministeru filwaqt li jirreferi lill-Onorevoli Busuttil għal din l-istess stqarrija u Dritt ta’ Risposta li ntbagħat lil ġurnal The Sunday Times, jistiednu jitlob spjegazzjoni dettaljata tal-mod kif kien jingħata dan it-tip ta’ xogħol mill-ministri taħt l-amministrazzjoni preċedenti, li ħafna minnhom ipoġġu miegħu fuq il-bank tal-Oppożizzjoni.
Other Press Releases:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029