Left arrow Go Back

INVESTIMENT MALTI F’TURIŻMU SPORTIV QED JIKKONTRBWIXXI FIL-ĠENERAZZJONI EKONOMIKA TAL-PAJJIŻ

pr1505
Date Icon 13/07/2013

It-turiżmu sportiv jista’ jkun pilastru ewlieni fil-ħolqien ta’ opportuniajiet ta’ xogħol u investiment f’Malta. Kull min hu lest li jinvesti fi proġetti ta’ turiżmu sportiv, biex pajjiżna joħloq niċċa li tgħin fil-ħolqien tax-xogħol u l-ġenerazzjoni ekonomika, ser isib il-bieb tal-Gvern miftuħ. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, l-Onor. Stefan Buontempo, meta llum inawgura l-logħob tal-ġinnastika li qed isiru fil-kumpelss GymStars Malta, f’Ħal Tarxien.

Buontempo faħħar l-inizjattiva tail-familja Borg li permezz tar-rieda u l-investiment tagħhom irnexxielhom jibnu intrapriża bbażata fuq turiżmu sportiv. Dan hu xhieda tal-potenzjal li pajjiżna għandu f’dan il-qasam.

Huwa kompla jgħid li bħala poplu jeħtieġ li nkunu aktar innovattivi anke f’oqsma bħal sport u turiżmu. Hija l-innovazzjoni li pajjiżna jkun jista’ jikkompeti ma’ oħrajn akbar minna.

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo ddawwar ma’ dan il-kumpless mgħammar bil-faċilitajiet kollha u bi standards għoljin, li jħaddem mas-37 ruħ. Dan il-kumpless jinkludi anke akkomodazzjoni għal 92 ruħ kif ukoll restaurant. Din il-faċilità hija mgħammra biex dawk li jiġu jżuru pajjiżna bħala parti minn attivitajiet sportivi jinqdew kollox minn post wieħed.

GymStars Malta torganizza diversi kompetizzjonijiet internazzjonali matul is-sena u jaħdmu ma’ diversi klabbs barranin li b’kollox jattiraw mijiet ta’ parteċipanti fil-kompetitzzjonijiet li jiġu organizzati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

More Press Releases Right arrow