Left arrow Mur Lura

JIBDA L-ISTĦARRIĠ (CUSTOMER SERVICE REVIEW) DWAR SAN FRANĠISK

pr1503
Date Icon 13/07/2013

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali qed iniedi stħarriġ online biex jara u jifhem aktar dak li jaħseb il-pubbliku dwar iċ-Ċentru tal-annimali San Franġisk li jinsab ġewwa Ta’ Qali.  Dan l-istħarriġ huwa l-aktar immirat lejn persuni li xi darba jew oħra użaw dan iċ-Ċentru.  Dan l-eżercizzju qed isir waqt li fl-istess ħin għaddej stħarriġ ieħor indipendenti minn kumpanija privata.

Kulmin huwa interessat li jipparteċipa f’dan l-istħarriġ jista’ jidħol fuq il-website tas-Segretarjat responsabbli mid-Drittijiet tal-Annimali, www.environment.gov.mt, u minn hemmhekk wieħed ikun igwidat kif għandu jimla l-formola.  Wara li din il-formola timtela’ għandha tintbgħat jew posta elettronika fuq  consultation.animalwelfare@gov.mt, jew inkella tintbgħat bil-posta fuq l-indirizz; Segretarjat Parlamentati, Triq San Gużepp, Santa Venera, MALTA, SVR 1012. Min m’għandux aċċess għall-internet, jista’ jiġi personalment is-Segretarjat u jimla l-formola hemmhekk.

L-objettiv tal-istħarriġ hija li kwalunkwe ilmenti li qed jagħtu fastidju lill-pubbliku dawn jitranġaw.  Permezz ta’ dan l-istħarriġ, is-Segretarjat se jkollu idea iktar ċara dwar dak li qed jgħid il-pubbliku u jekk dak li qed jgħid hux ġustifikat.  L-informazzjoni miġbura mill-istħarriġ xjentifiku u indipendenti ser tkun qed tintuża għal skopijiet ta’ ġbir ta’ statistika u analiżi tal-operat ta’ Ċentru San Franġisk.

Dan huwa eżerċizzju demokratiku tad-dritt ta’ l-espressjoni dwar materja ta’ nteress pubbliku u nazzjonali.

Il-formoli bit-tweġibiet jintlaqgħu sa mhux aktar tard min-nofs inhar (CET) tal-10 ta’ Awissu 2013.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow