JIBDA L-ISTĦARRIĠ (CUSTOMER SERVICE REVIEW) DWAR SAN FRANĠISK
Is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali qed iniedi stħarriġ online biex jara u jifhem aktar dak li jaħseb il-pubbliku dwar iċ-Ċentru tal-annimali San Franġisk li jinsab ġewwa Ta’ Qali. Dan l-istħarriġ huwa l-aktar immirat lejn persuni li xi darba jew oħra użaw dan iċ-Ċentru. Dan l-eżercizzju qed isir waqt li fl-istess ħin għaddej stħarriġ ieħor indipendenti minn kumpanija privata.
Kulmin huwa interessat li jipparteċipa f’dan l-istħarriġ jista’ jidħol fuq il-website tas-Segretarjat responsabbli mid-Drittijiet tal-Annimali, www.environment.gov.mt, u minn hemmhekk wieħed ikun igwidat kif għandu jimla l-formola. Wara li din il-formola timtela’ għandha tintbgħat jew posta elettronika fuq consultation.animalwelfare@gov.mt, jew inkella tintbgħat bil-posta fuq l-indirizz; Segretarjat Parlamentati, Triq San Gużepp, Santa Venera, MALTA, SVR 1012. Min m’għandux aċċess għall-internet, jista’ jiġi personalment is-Segretarjat u jimla l-formola hemmhekk.
L-objettiv tal-istħarriġ hija li kwalunkwe ilmenti li qed jagħtu fastidju lill-pubbliku dawn jitranġaw. Permezz ta’ dan l-istħarriġ, is-Segretarjat se jkollu idea iktar ċara dwar dak li qed jgħid il-pubbliku u jekk dak li qed jgħid hux ġustifikat. L-informazzjoni miġbura mill-istħarriġ xjentifiku u indipendenti ser tkun qed tintuża għal skopijiet ta’ ġbir ta’ statistika u analiżi tal-operat ta’ Ċentru San Franġisk.
Dan huwa eżerċizzju demokratiku tad-dritt ta’ l-espressjoni dwar materja ta’ nteress pubbliku u nazzjonali.
Il-formoli bit-tweġibiet jintlaqgħu sa mhux aktar tard min-nofs inhar (CET) tal-10 ta’ Awissu 2013.
Other Press Releases:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029