Left arrow Mur Lura

“XHIEDA ĦAJJA DWAR KIF IR-RIĊERKA U L-EDUKAZZJONI HUMA Ċ-ĊAVETTA GĦALL-AMBJENT AĦJAR” – L-ONOR. LEO BRINCAT, MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA

pr1498
Date Icon 12/07/2013

Dalgħodu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, l-Onor. Leo Brincat kellu laqgħa ma’ studenti  mill-GF Abela Junior College li rebħu l-Malta Student Science Forum Prizes,  fi tmiem l-24 edizzjoni tal-International Wildlife Research Week organizzata mill-fundazzjoni Żvizzera The Swiss Youth in Science Foundation.

Preżenti ukoll kien hemm is-Segretarju Ġenerali tal-NSTF is-Sur Francis Stivala.

Il-Ministru Leo Brincat qal li jinsab sodisfatt li bl-għajnuna tal-Ministeru kien possibli li dawn l-istudenti jieħdu sehem fl-International Wildlife Research Week u jaqtgħu figura daqstant tajba għalihom infushom, għall-NSTF u għall-pajjiżna stess.

Huwa qal li dan kollu huwa xhieda ħajja dwar kif ir-riċerka u l-edukazzjoni huma ċ-ċavetta għall-ambjent aħjar.

Qal li l-Malta Student Science Forum fil-ħidma tagħha dejjem tgħat attenzjoni sħiħa lill-qasam tal-ambjent, flimkien ma’ oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi, sa mit-twaqqif tagħha lura fl-1994.

Fil-laqgħa ta’ dalgħodu l-istudenti ppreżentaw lill-Ministru rapport qasir dwar l-istudju tagħhom. Il-ġimgħa ta’ riċerka għenithom jifhmu aħjar kif studji u riċerka jistgħu jsiru fuq livell aktar professjonali.

ll-Ministru Brincat qal li huwa sinjal pożittiv li kemm il-Ministeru u l-NSTF jaqsmu l-ideal komuni li l-edukazzjoni għandha tkun katalista biex tħares l-ambjent. Dan filwaqt li trid titkompla titqajjem kuxjenza akbar fost iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin dwar l-isfidi ambjentali li għandna quddiemna.

Huwa tenna li l-appoġġ tal-Ministeru ser jintwera wkoll is-sena d-dieħla maeta l-NSTF tkun qed tfakkar l-20 anniversarju mit-twaqqif tagħha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow