STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ĠUSTIZZJA
L-Ewwel Laqgħa tal-Kummissjoni konġunta bejn il-Gvern u s-Santa Sede
Dalgħodu, fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, saret l-ewwel laqgħa tal-Kummissjoni Konġunta bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u s-Santa Sede biex tibda d-diskussjoni li għandha twassal għal reviżjoni tal-ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u s-Santa Sede dwar l-għarfien taż-żwiġijiet kanoniċi u tad-deċiżjonijiet tat-Tribunali Ekkleżjastiċi.
Il-laqgħa saret fi spirtu apert, kordjali u kollaborattiv ħafna u ż-żewg partijiet esprimew sodisfazzjon li ġie reġistrat progress pożittiv u sostanzjali.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr George Vella ta merħba lil dawk kollha preżenti u awgura suċċess fit-taħditiet. Min-naħa tal-Gvern ta’ Malta kienu prezenti wkoll is-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja Dr Owen Bonnici u l-Avukat Ġenerali Dr Peter Grech waqt li f’isem is-Santa Sede kienu preżenti l-Eċċellenza Tiegħu Charles Scicluna u l-Eċċellenza Tiegħu Mario Grech.
It-taħditiet se jitkomplew fil-ġimgħat li ġejjin.
Other Press Releases:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029