Jibda xogħol fuq pavimentar mill-ġdid fi Triq Melita, Valletta
Aktar tard illum, se jibda xogħol infrastrutturali fi Triq Melita, il-Belt Valletta, fejn se jkollu jinqala’ pavimentar tat-triq u jsir mill-ġdid, inqas minn sena wara li tlesta x-xogħol f’din it-triq.
Minħabba li laħaq skada ż-żmien li matulu, il-kuntrattur seta’ jinżamm responsabbli għax-xogħol li għamel, l-ispejjeż biex isir dan ix-xogħol mill-ġdid, issa se jkollhom jitħallsu minn Transport Malta. Dawn jammontaw għal iżjed minn €100,000.
Il-pavimentar, bejn Triq ir-Repubblika u Triq l-Ifran tkisser u sfronda, u kien qed ikun ta’ periklu għal min jgħaddi minn hemm bil-mixi, tant li ħafna residenti u individwi oħrajn, matul is-sena li għaddiet, kienu wrew it-tħassib tagħhom dwar dan mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.
Din il-kwisjtoni tqajment anke fil-Parlament u l-Ministru responsabbli ta’ dak iż-żmien, l-eks-Ministru Austin Gatt kien iddikjara li huwa konxju ta’ dawn l-inkonvenjenzi u qal li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet se jara x’inhuma l-problemi biex jibda jaħdem fuqhom.
Sal-lum, baqa’ ma sar xejn u saħansitra, is-sitwazzjoni baqgħet tiddeterjora, filwaqt li Gvern ġdid ħa passi mill-ewwel, se jibda xogħol ta’ pavimentar mill-ġdid tat-triq b’użu ta’ materjal li jiflaħ għal ċertu volum ta’ vetturi u se jara li jitlesta fi żmien aċċettabbli.
Stqarrijiet Oħra:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029