WASTESERV: TWAQQIF TA’ UNIT INDIPENDENTI BIEX JIFLI LMENTI ĠUSTIFIKATI TAL-ĦADDIEMA
Kif ġie mwiegħed fil-Parlament ilbieraħ il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat waqqaf Employee Grievances Unit .
Dan il-Unit se jkun qiegħed jifli lmenti ġustifikati li jistgħu jaslu għand dan l-istess Unit minn għand xi ħaddiema li jinsabu jservu mal-kumpanija WasteServ.
L-Employee Grievances Unit twaqqaf fuq rakkomandazzjoni tar-rapport ippubblikat ilbieraħ dwar is-sitwazzjoni tal-WasteServ mil-lat ta’ organizazzjoni, struttura u riżorsi umani.
Il-Unit, li se jkun indipendenti mill-Ministeru u mill-WasteServ, ser ikun immexxi minn bord kompost minn Dr. Reno Borg, Dr. Charles Cassar u Dr Vince Cassar. Bħala Segretarju hemm is-Sur E. Degiorgio.
Il-ħaddiema nfushom għandhom jirċievu dettalji sħaħ dwar il-proċedura li għandhom jimxu biha biex iressqu l-ilmenti ġustifikati tagħhom lil dan il-Unit.
Stqarrijiet Oħra:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029