IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI STEFAN BUONTEMPO JILTAQA’ MA’ BILLY CORITO
pr1488
12/07/2013
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo, iltaqa’ mal-boxer Billy Corito magħruf bħala ‘the Hit Man’.
Dr Buontempo feraħlu għas-suċċess li qed jikseb filwaqt li awguralu fil-kompetizzjonijiet li jmiss speċjalment dik li se ssir il-Ġimgħa 12 ta’ Lulju.
Huwa qal li l-Gvern irid li jippromwovi sport minuri wkoll biex tiżdied il-parteċipazzjoni fl-isport.
Billy Corito kiseb l-ewwel post fil-kategorija heavy weight tal-European Boxing Federation u żamm it-titlu tiegħu tal-Intercontinental Heavyweight tal-istess EBF.
Stqarrijiet Oħra:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029