IL-KUNSILL LOKALI TAŻ-ŻEJTUN B’INIZJATTIVA DIFFERENTI
“A Sustainable Community in a Changed Economy” huwa l-isem ta’ rapport li ġie kkumissjonat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun. Dan ir-rapport li jinkorpora l-ħajja fiż-Żejtun ġie varat illum waqt preżentazzjoni li għaliha attenda s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali José Herrera. Dan ir-rapport jitratta suġġetti varji fosthom id-demografija tal-lokal, il-kommunità, is-sostenibbiltà tal-ilma għall-użi varji, u suġġetti oħra.
L-Onor. Herrera qal li ż-Żejtun huwa raħal pjuttost imdaqqas u għandu ħafna x’joffri lill-pajjiż. Dan ir-rapport strateġiku huwa importanti u wasal iż-żmien li kunsilli lokali oħra jieħdu inizjattivi simili biex jixprumaw l-ekonomija. Huwa tkellem fuq il-fatt li kemm il-komunità agrarja u l-komunità tal-bdiewa f’pajjiżna qed tonqos.
José Herrera ħajjar aktar kunsilli lokali biex jieħdu l-eżempju tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun għaliex abbażi ta’ inizjattivi bħal dawn l-Gvern ikun f’pożizzjoni aħjar li jgħin lill-Kunsilli Lokali. Huwa tkellem ukoll dwar il-fatt li l-Gvern qed jaħdem biex ikattar niċeċ ġodda li jattiraw it-turisti f’pajjiżna bħall-agrituriżmu.
Min-naħa tiegħu s-Sindku taż-Żejtun radd ħajr lis-Segretarju Parlamentari tal-għajnuna kontinwa tiegħu. Huwa qal li s-sostenibbiltà ta’ pajjiżna trid tinbena permezz tal-lokalitajiet tagħna. Huwa qal li ż-Żejtun għandu popolazzjoni ta’ 12,000 persuna u li din iċ-ċifra baqgħet l-istess matul dan l-aħħar għexieren ta’ snin. Meta tkellem dwar il-pubblikazzjoni huwa semma l-kontribuzzjoni siewja tal-awturi varji u l-għadd ta’ esperti li ġejjin minn oqsma differenti tas-soċjetà ċivili u akkademika. Din il-pubblikazzjoni titratta prinċiparjament suġġetti varji bħaż-Żwieten fit-Tarzna, lir-rwol tal-Knisja, l-istorja tal-biedja, l-istudju fuq l-ilma fiż-Żejtun, u l-agriturizmu. Dan huwa studju fuq l-Istorja taż-Żejtun.
Ir-rapport jinkludi għadd ta’ ritratti storiċi ukoll.
Other Press Releases:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029