IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI STEFAN BUONTEMPO JILTAQA’ MAT-TIM NAZZJONALI TAL-WATERPOLO
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo, iltaqa’ mal-players tat-tim nazzjonali tal-waterpolo waqt is-sessjoni tat-taħriġ qabel ma’ jibda it-tieni turnament ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej tal-2014, li qed isiru f’Malta.
Waqt din iż-żjara is-Segretarju Parlamentari Buontempo awgura lill-plejers kull suċċess f’dawn il-logħob filwaqt li feraħ lid-diriġenti tat-tim għad-dedikazzjoni u x-xogħol li jagħmlu. Buontempo qal li l-Gvern ser jaħdem aktar biex iqiegħed lil pajjiżna fuq il-mappa tat-turiżmu sportiv Ewropew. Dan għaliex pajjiżna għandu potenzjal kbir li jrid jiġi sfruttat.
Buontempo ħeġġeġ ukoll lill-pubbliku biex imorru u jagħtu l-appoġġ tagħhom lit-tim Malti.
It-tim nazzjonali tal-waterpolo ser jilgħab kontra l-Belarus, l-Ukrajna, il-Georgia u l-Iżrael. It-tim huwa mmexxi minn Karl Izzo.
Stqarrijiet Oħra:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029