Left arrow Mur Lura

REBBIEĦA TAL-KUNSILLI LOKALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

pr1482
Date Icon 11/07/2013

Birżebbuġa, Raħal Ġdid u ż-Żebbuġ huma r-rebbieħa tal-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ. Dan tħabbar waqt ċerimonja li saret fl-uffiċċju tal-Aġenzija Żgħażagħ ilbieraħ.

F’kelmtejn li għamel is-Segretarju Parlamentari  għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo, qal li dan il-proġett qed iservi ta’ mekkaniżmu biex anke fl-ibliet u l-irħula tagħna jitwassal messaġġ favur l-innovazzjoni, anke jekk b’mod indirett. Dan il-proġett qed jistimula l-kreattività fiż-żgħażagħ, u għalhekk huwa d-dmir tagħna li ninkoraġġixxu inizjattivi bħal dawn.

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo kompla jgħid li proġett bħal dan isaħħaħ il-proċess demokratiku billi ż-żgħażagħ ikunu mħeġġa jaħdmu bħala tim, jiddibattu u jirrispettaw l-opinjoni ta’ xulxin. Barra minn hekk, dan il-proġett qed iħarreġ liż-żgħażagħ f’oqsma bħal amministrazzjoni u t-tmexxija, li vitali fil-formazzjoni tal-karattru.

Il-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ huwa programm ta’ empowerment għaż-żgħażagħ imtella’ minn Aġenzija Żgħażagħ b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ(KNZ).  Dan qed jagħti aktar opportunitajiet liż-żgħażagħ billi jagħtihom l-għodod meħtiega biex jagħtu kontribut fil-komunità tagħhom, kif ukoll qed jagħtihom ħiliet ġodda permezz ta’ edukazzjoni mhux formali biex jużaw matul ħajjithom u fid-dinja tax-xogħol.

F’dan il-proġett ħadu sehem 22 Kunsill Lokali u madwar 250 parteċipant.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow