F’SETTEMBRU SE JIBDA PROGRAMM TA’ KONSULTAZZJONI MAL-GĦAQDIET SPORTIVI - IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI STEFAN BUONTEMPO
F’Settembru se jibda programm ta’ konsultazzjoni mal-għaqdiet sportivi biex nisimgħu minn għandhom kif nistgħu naħdmu flimkien. Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Stefan Buontempo waqt attività li matulha tqassmu ċekkijiet bħala assistenza finanzjarja lill-għaqdiet sportivi.
Waqt li faħħar lill-atleti li ħadu sehem fid-diversi kompetizzjonijiet li qed isiru barra minn xtutna, is-Segretarju Parlamentari Buontempo qal li l-għaqdiet sportivi, li huma kollha mmexxija minn voluntiera u nies dedikati u li għalkemm huma dilettanti, qed jagħmlu xogħol professjonali b’ħafna sagrifiċċji.
Buontempo qal li dawn l-għaqdiet għandhom spejjeż kbar, spejjeż biex jitħallsu l-atleti, spejjeż biex jikkompetu barra minn Malta, dan minbarra l-ħin ta’ preparazzjoni u taħriġ u ħin li ma tistax tikwantifika fi flus.
Għalhekk jeħtieġ li l-għaqdiet ikollhom aktar faċilità billi jkun hemm sistemi li jirriflettu aktar il-bżonnijiet tal-għaqdiet. Il-politika tagħna trid tkun ibbażata x’inhu l-aħjar għall-għaqdiet temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Buontempo.
Other Press Releases:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029