Left arrow Go Back

L-ONOREVOLI ANĠLU FARRUGIA, SPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MIS-SUR MARTIN BUGELLI, KAP TAR-RAPPREŻENTANZA TAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’MALTA.

pr1462
Date Icon 09/07/2013

L-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Anglu Farrugia, kellu żjara ta' kortesija mis-Sur Martin Bugelli, Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni  Ewropea f’Malta. Wara, it-tnejn kellhom laqgħa oħra li għaliha attendew il-Whips taż-żewġ naħat tal-Kamra, l-Onorevoli Carmelo Abela u l-Onorevoli David Agius.

Matul din il-laqgħa s-Sur Bugelli stieden lill-iSpeaker biex imexxi delegazzjoni ta’ 20 persuna fuq żjara fi Brussell organizzata mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta. L-iSpeaker laqa' din l-istedina b'apprezzament. Id-delegazzjoni se tkun komposta minn Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra kif ukoll minn membri tal-istaff tal-Parlament ta’ Malta. L-għan ta’ din iż-żjara huwa li l-membri tad-delegazzjoni jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aktar dwar l-istituzzjonijiet ewlenin tal-UE.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

More Press Releases Right arrow