STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ĊIVILI
Il-Parlament Malti llejla approva b’mod unamimu t-tielet qari tal-att li jemenda l-Kodiċi Ċivili. B’hekk kull persuna li tkun għamlet bidla fis-sess tagħha se tkun rikonoxxuta mill-Istat bis-sess il-ġdid tagħha għall-finijiet kollha tal-liġi.
Fi żmien li ġej il-gvern ser ikun qiegħed jippreżenta abbozz ta’ liġi dwar l-identità tal-ġeneru li jikkumplimenta din l-emenda u b’hekk tkun qed titwettaq wiegħda oħra mill-programm elettorali tal-Gvern.
Dan hu l-ewwel pass, fost diversi, li se jkun qed isiru mill-Gvern biex persuni LGBT jingħataw id-drittijiet tagħhom. Fosthom, hemm l-Att tal-Unjoni Ċivili, li se jkun ippreżentat quddiem il-Parlament wara l-vaganzi tas-sajf. Hemm ukoll l-emenda fil-Kostituzzjoni li permezz tagħha se tingħata l-ogħla protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' orjentazzjoni sesswali u identità tal-ġeneru.
Stqarrijiet Oħra:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029