Left arrow Mur Lura

L-IMSIEĦBA SOĊJALI JRESSQU L-PROPOSTI TAGĦHOM DWAR IX-XOGĦOL PREKARJU F’MALTA

pr1457
Date Icon 08/07/2013

Wara li ġimgħatejn ilu l-Gvern ressaq il-proposti tiegħu dwar xogħol b’kondizzjonijiet prekarji f’Malta għad-diskussjoni fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, illum kien imiss lill-imsieħba soċjali rappreżentati fuq dan il-Kunsill biex iressqu l-proposti tagħhom f’dan ir-rigward.

L-imsieħba soċjali li ressqu l-proposti tagħhom illum kienu: il-FORUM, il-General Workers Union, l-Assoċċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, u l-Unjin Ħaddiema Magħqudin.  Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ressqet il-proposti tagħha bil-miktub qabel il-laqgħa.

Fit-tielet laqgħa tal-Kunsill dwar dan is-suġġett, li se ssir fil-jiem li ġejjin, se ssir diskussjoni dwar il-proposti li ġew imressqa, kemm mill-Gvern, kif ukoll mill-imsieħba soċjali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow