STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI
Iffirmat ftehim dwar is-sigurtà soċjali bejn Malta u New Zealand
It-Tnejn filgħodu, l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca flimkien mal-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali ta’ New Zealand l-Onor. Paula Bennett iffirmaw ftehim dwar is-sigurtà soċjali.
Dan il-ftehim jiffaċilità l-għoti tal-benefiċċji soċjali lill-persuni intitolati f’każ ta’ ċaqliq bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-benefiċċji soċjali koperti f’dan il-ftehim huma l-pensjonijiet tal-irtirar u tar-romol f’Malta kif ukoll il-pensjonijiet imħallsa lill-persuni rtirati u lill-veterani fi New Zealand.
B’hekk, permezz ta’ dan il-ftehim li ġie iffirmat wara tnax-il sena, persuna tista’ tiċċaqlaq bejn iż-żewġ pajjiżi mingħajr ma’ titlef il-pensjoni.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet wara l-iffirmar tal-ftehim, l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca qalet li jeżistu ħafna similaritajiet bejn il-pajjiżi.
Qalet li Malta trid tilħaq l-istess livelli ta’ New Zealand, b’mod partikolari fejn tidħol politika soċjali integrata.
Fi New Zealand jgħixu mal-elfejn ċittadin Malti, li issa jistgħu jibbenefikaw mill-ftehim iffirmat illum.
Stqarrijiet Oħra:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029