STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU TAL-INTERN U S-SIGURTA’ NAZZJONALI
B’referenza għall-publikazzjoni tar-rapport tal-Kunsill Tal-Ewropa, imħejji mill-Kumitat Ewropew tal-Prevenzjoni tat-tortura, il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurta Nazzjonali jixtieq jispeċifika li r-risposti annessi ma’ dan ir-rapport ingħataw mill-gvern preċedenti u mhux mill-amministrazzjoni preżenti, kif setghet ingħatat l-impressjoni b’xi rapporti fuq il-media.
Il-viżjoni ta’ dan il-gvern hi waħda differenti, jiġifieri dik li tixtarr dak li ġie innotat f’dan ir-rapport u tittieħed azzjoni fejn adekwat. Il-Ministeru jixtieq jinforma lill-pubbliku li dan ir-rapport għadda għall-konsiderazzjoni tal-Bord ta’ Riforma fil-Faċilita’ Korretiva ta’ Kordin.
Il-Ministeru tal-Intern jirrimarka li dan ir-rapport seta’ kien ippublikat aktar minn sena ilu, hekk kif kien lest f’April 2012. Kien dan il-gvern li ħa d-deċiżjoni li jippublika dan ir-rapport bl-għan li l-publiku ikun infurmat dwar is-sitwazzjoni li teżisiti fil-Faċilita’ Korretiva ta’ Kordin.
Other Press Releases:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029