L-ONOR. DR. JUSTYNE CARUANA TIRRAPPREŻENTA LILL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI TAL-MEDITERRAN F’BARĊELLONA
L-Onor. Dr. Justyne Caruana irrappreżentat lill-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran f'konferenza li saret f’Barċellona. Il-konferenza ittrattat l-inklużjoni soċjali fl-isfond tal-iżviluppi li seħħew f’diversi pajjiżi u kif, permezz tal-Euromed Forum tista’ tiġi promossa l-inklużjoni soċjali b'politika effettiva. L-Onor. Caruana, li hija l-Kap tad-Delegazzjoni Maltija fi ħdan l-Assemblea, hija wkoll il-Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi, Rapporteur tat-Task Force dwar il-Lvant Nofsani u Rapporteur tal-Kumitat dwar id-Drittijiet Umani li jittratta l-oqsma soċjali. Hija ngħażlet sabiex tieħu sehem fil-konferenza ta’ Barcelona appuntu minħabba l-esperjenza li għandha f'dawn l-oqsma.
Għal din il-konferenza, attendew diversi personalitajiet fosthom Ibrahim Saif, Ministru għall-Ippjanar u Koperazzjoni Internazzjonali tal-Ġordan, Mohammed Maait, Deputat Ministru tal-Finanzi tal-Eġittu, Latifa Elabida li kienet Segretarju tal-Istat fl-Eġittu, Kinda Hatar li hija l-Kordinatur tal-Maghreb u Lluis Mosella li huwa l-konsulent ewlieni tal-¬Ministru tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-Catalunja.
Flimkien ma’ dawn il-personalitajiet u akkademiċi oħra, l-Onor. Justyne Caruana tkellmet fuq, fost l-oħrajn, il-faqar u l-metodi kif jiġi eradikat il-faqar, politika iktar effettiva u effiċjenti biex in-nefqa tal-Gvernijiet fuq benefiċċji soċjali, sussidji u għajnuniet iħallu riżultati aħjar, governabbiltà tajba u trasparenza biex jiġi assigurat li l-flus allokati ghall-persuni vulnerabbli tassew jintużaw u jaslu għand dawn il-persuni, u kif ukoll kif għandu jkollna politika iktar ibbażata u ffukata fuq il-bżonnijiet tan-nies u li tkun iktar miftuħa u nklussiva biex il-popli jħossuhom parti mit-tħaddim ta' din l-istess politika.
Stqarrijiet Oħra:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029