KONSULTAZZJONI DWAR L-UŻU TAL-ANNIMALI F’WIRJIET TAĊ-ĊIRKU F’MALTA
Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, fi ħdan il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli l-Ambjent u Tibdil fil-Klima qed iniedi uffiċjalment proċess ta’ konsultazzjoni pubblika sabiex b’mod liberu jkun jista’ jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar l-użu tal-annimali waqt wirjiet taċ-ċirku f’Malta. Iż-żmien tal-konsultazzjoni jidħol fis-seħħ, minn nhar it-Tnejn 8 ta’Lulju 2013 sal-Ġimgħa 19 ta’Lulju, 2013.
Dawk kollha interessati, fosthom, Għaqdiet u Organizzazjonijiet u l-pubbliku ġenerali huma mistednin sabiex jagħti sehemu billi jimla l-formola ta’ konsultazzjoni li tista titniżżel minn fuq il-website tal-Ministeru għal-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima www.environment.gov.mt jew jibgħatu l-kummenti tagħhom permezz ta’ posta elettronika; consultation.animalwelfare@gov.mt jew b’ittra postali ndirizzata lill-Konsultazzjoni Annimali fiċ-Cirku, Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, 476, Casa Leone, Triq il-Kbira San Gużepp, Santa Venera, MALTA, SVR 1012.
Formoli għall-Konsultazzjoni jistgħu jinġabru mill-uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, Casa Leoni, Santa Venera.
Il-formoli bit-tweġibiet jintlaqgħu sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Lulju 2013, sa mhux aktar tard min-nofs inhar. (CET).
Other Press Releases:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029