Left arrow Mur Lura

SE JIĠU ADOTTATI STANDARDS MINIMI U GARANZIJA TA’ KWALITÀ FL-GĦOTI TAL-INFORMAZZJONI LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ

pr1413
Date Icon 03/07/2013

Fil-jiem li ġejjin il-Gvern Malti ser jiffirma l-European Youth Information Charter, li permezz tiegħu se jiġu adottati standards minimi u garanzija ta’ kwalità fl-għoti tal-informazzjoni liż-żgħażagħ. Barra minn hekk, bdiet il-ħidma għat-tfassil ta’ politika nazzjonali ġdida għaż-żgħażagħ.

Dan ħabbru lbieraħ s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo, f’konferenza li saret fiċ-Ċirkewwa biex jiġi ċċelebrat l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tal-Euro-Med Youth Platform. Din hija inizjattiva li tgħin liż-żgħażagħ u lill-għaqdiet nongovernattivi mill-Ewropa u mill-Mediterran biex joħolqu netwerks bejniethom, u fl-istess ħin tgħinhom jibnu l-kapaċitajiet tagħhom.

Dr Buontempo qal li l-Gvern qed jaħdem fuq diversi inizjattivi ġodda biex ikompli jħeġġeġ liż-żgħażagħ jipparteċipaw b’mod attiv kemm fi proġetti lokali kif ukoll f’oħrajn barra minn xtutna. Saħaq ukoll fuq l-impenn tal-gvern biex jagħti widen għal dal li verament iridu ż-żgħażagħ. Huwa faħħar il-ħidma li qed tagħmel l-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea (EUPA).

Aktar informazzjoni dwar il-European Youth Information Charter: http://eryica.org/page/european-youth-information-charter

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow