Left arrow Mur Lura

43 INVESTITUR JIĠBRU L-ESPRESSJONI INTERNAZZJONALI TA’ INTERESS GĦALL-IŻVILUPP TA’ ĊENTRU MARITTIMU

pr1397
Date Icon 01/07/2013

L-espressjoni Internazzjonalita’ interess, li ħareġ il-Gvern biex l-eks sit tas-shipbuilding fil-Marsajkun żviluppat f’Ċentru Marittimu, inġabret minn 43 investitur. Dawnl-investituri ġabru d-dokument mill-Privitisation Unit wara li ħallsumiżata ta’ €1000. 

Il-Gvern nieda l-EspressjoniInternazzjonali ta’ Interess fil-31 ta’ Mejju. B’kollox minn dakinharfil-Privitisation Unit daħlu 89 talba għal aktar informazzjoni, li minnhomsakemm skada ż-żmien kien hemm 43 li ġabrud-dokument. Dawn l-investituri issa għandhom sal-5 ta’ Awwissu biex jagħmlus-sottomisjonijiet tagħhom.

L-investituri li ġabrul-Espressjoni Internazzjonali ta’ Interess ivarjaw minn barra l-Ewropa,fl-Ewropa u anke kumpaniji Maltin. Uħud minn dawn l-investituri qed juru interess fl-iżvilupptal-proġett kollu waqt li oħrajn qed juru interess jiżviluppaw parti minnu. Iż-żewġ sitwazzjonijiet huma possibbli skont l-EspressjoniInternazzjonali ta’ Interess li ħareġ il-Gvern. 

Il-Ministru għall-Ekonomija,Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona, fisser dan l-interess kollubħala “fiduċja fl-ekonomijaMaltija, fiduċjafl-amministrazzjoni l-ġdidata’ dan il-pajjiż u fuq kollox fiduċja fin-nies ta’ dan il-pajjiż.”

Il-Ministru Cardona qal lil-Gvern qed jibgħatsinjali pożittivi tal-potenzjal li joffri pajjiżna. Dr. Cardona saħaq li “iċ-Ċentru Marittimu, flimkien ma’ diversi inizjattivioħra li qed iħabbar il-Gvern, għandhomjgħinu l-ekonomija tikber b’rata viċin il-potenzjali sħiħ tagħha.”

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow