WEGHDA IMWETTQA: GLOBAL RESIDENCE PROGRAMME
L-Onor Dr Edward Zammit Lewis - Segretarju Parlamentari ghall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku qal li r-regolamenti li ghandhom x'jaqsmu mall-Global Residence Programme huma lesti u qed jistennew li formalment jidhlu fis-sehh il-gimgha d-diehla bil pubblikazzjoni ta l-avvizi legali marbutin ma l-istess programm fil-Gazzetta tal-Gvern. Il- Global Residence Programme, hu programm li ilu mistenni hafna minn dawk li joperaw f'dan il-qasam. Programm li se jattira l-investiment barrani kif ukoll jqajjem is-suq tal-propjeta lokali waqt li jghin l-ekonomija Maltija permezz ta flus minn taxxi li jhallsu l-barranin li ser jghamlu uzu minn dan il-programm. It-tnedija ta dan il-programm kienet thabbret fl-ewwel ta Gunju quddiem dawk li jahdmu f'dan is-settur.
L-Onor Dr. Edward Zammit Lewis spjega li dan il-programm kien il-prodott ta 'laqghat estensivi mal-partijiet interessati ewlenin, inkluzi esperti ewlenin mill-Gvern u membri mill-Kamra tal-Kummerc, l-Intrapriza u l-Industrija ta' Malta u l-Assocjazzjoni ta l-iZviluppaturi Maltin (MDA) u Agenziji u raprezentanti tas-sensara lokali.
Dan il-programm gdid huwa rizultat dirett tal-Manifest Elettorali li gvern irnexxielu jippresenta f'perjodu qasir hafna. l-Amministrazzjoni l-Gdida ma hliet l-ebda zmien u b'mod immedjatament bdiet tinvolvi l-partijiet interessati biex johrogu b'suggerimenti u ideat sabiex jigi mwaqqaf programm li jzid il-kopettivita ta' pajjizna. Fil-fatt l-Onor Dr Edward Zammit Lewis ha f'idejh biex jippresedi 'kumitat stabbilit apposta kompost mis sur John Huber mill-Kamra Maltija tal-Kummerc, l-Intrapriza u l-Industrija Dr Charles Mangion, is-Sur Aldo Farrugia mill-Unit tat-Taxxa Internazzjonali, is-Sur Mario Borg mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, is-Sur Mark Sultana mid-Dipartiment ghac-Cittadinanza, s-Sur Sandro Chetcuti mill-Assocjazzjoni tal-iZvillupaturi Maltin.
Permezz ta 'dan il-Programm il-Gvern il-Gdid se jkun qed jghin sabiex jitressaq invstiment gdid lejn in-Nofsinhar ta' Malta u l-Ghawdex. In-Nofsinhar ta 'Malta u Ghawdex se jkollhom valur izghar li jehtiegu li jigu ssoddisfatti sabiex ikun eligibbli ghall-Programm; ghan li zgur ser jisarraf f' investiment u fi tkabbir ekonomiku f'dan il-qasam. Din il-pozizzjoni mehuda mill-Gvern tirrifletti l-fatt li l-prezzijiet tal-proprjetà fin-nofsinhar ta' Malta u l-gzira t' Ghawdex huma aktar baxxi.
Fiz-zmien li gej il-Gvern ser jimbarka fuq marketing internazzjonali sabiex nressqu li dawn it-tip ta nies sabiex jaghmlu uzu minn dan il-Programm. Nistieden lis-settur privat biex jibda jippromovi dan il-programm barra min xtutna, biex flimkien nkomplu nsahhu l-ekonomija ta tal-Gzejjer Maltin u r-reprutazzjoni tal-gurisdizzjoni taghna. Sintendi mhux se nittolleraw reklamar abbuziv jew mgieba mhux professjonali" stqarr l-Onor Dr Zammit Lewis
Stqarrijiet Oħra:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029