Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU TAL-INTERN B’RISPOSTA GĦALL-ISTQARRIJA TAL-PARTIT NAZZJONALISTA DWAR IS-SERVIZZI TAS-SIGURTÀ

pr1386
Date Icon 28/06/2013

Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jagħmel referenza għad-diskors tiegħu aktar kmieni llum fil-Parlament fejn ħareġ ċar li l-Ministru bl-ebda mod ma għażel jew b’xi mod influwenza l-għażla tal-persuni li isimhom ġie sottomess mill-Kap tas-Servizzi tas-Sigurtà.

Peress li ġiet segwita l-proċedura kif dejjem kien isir taħt amministrazzjoni nazzjonalista li l-Ministru responsabbli finalment japprova l-ingaġġ, il-Kap tas-Servizzi tas-Sigurtà ħass illi jkun għaqli li l-istess Ministru jkun preżenti waqt li jsir l-iskrutinju finali ta’ dawn il-persuni mill-istess Kap.


Ikun tajjeb illi l-amministrazzjoni nazzjonalista tikkonferma jew tiċħad  il-mod kif l-ismijiet tal-membri tas-Servizzi tas-Sigurtà kienu jigu imposti mill-involviment dirett tal-istess  Ministri nazzjonalisti. Wieħed jista’ jinnota llum illi l-ingaġġ mhux handpicked mill-Ministru iżda realment mill-Kap tas-Servizzi tas-Sigurtà skond il-liġi. B’hekk qegħda tiġi segwita l-proċedura fl-Artikolu 5 tal-Att XVII tal-1996 ċioe’ l-Att dwar is-Servizzi tas-Sigurtà.
Dan il-Ministeru jidhirlu li l-għaqal u s-serjetà jitolbu li ġaladarba l-proċedura tirrikjedi l-approvazzjoni tal-Ministru bil-miktub lill-kap tas-Servizzi tas-Sigurtà dwar l-ismijiet illi hu jindika li jrid japponta, il-Ministru kellu jaċċetta li jkun preżenti meta l-istess kap iddeċieda li jagħmel interviews finali lil dawn il-persuni.


L-attentat fjakk tal-Partit Nazzjonalista fuq l-istess Ministeru juri biċ-ċar li l-istess partit għadhu ankrat bi stil u metodi ta’ kritika distruttiva li l-poplu Malti u Għawdxi rrifjuta bil-vot b’saħħtu tiegħu fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Minkejja dan, il-Ministeru hu determinat u kommess li jkompli jaħdem fl-aħjar interess tal-pajjiż.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow