TNEJN U GĦOXRIN PERSUNA FIL-KORPI DIXXIPLINATI NGĦATAW ĊERTIFIKAT TA’ TAĦRIĠ MILL-ASSOCIAZIONE EUROPEA TECNICI EMERGENZA MEDICA E PARAMEDICI
Tnejn u għoxrin persuna llum ingħataw ċertifikat ta’ taħriġ mill-Assoċjazzjoni Taljana – l’Associazione Europea Tecnici Emergenza Medica e Paramedici. Erba’ persuni mill-Protezzjoni Ċivili, tlett persuni mill-Animal Welfare, tmien pulizija fis-sezzjoni tal-klieb u seba’ pulizija tal-Kavallerija. Erbgħa minn dawn laħqu livell ta’ ghalliema fl-ewwel għajnuna fl-annimali.
Din kienet l-ewwel darba li l-Pulizija tal-Kavallerija kellhom l-opportunità jagħmlu taħriġ irrikonoxxut b’ċertifikat. Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ħeġġeġ biex membri tal-korpi dixxiplinati jkomplu jitħarrġu u ssuġġerixxa biex kulħadd jagħti s-suġġerimenti tiegħu lill-Ministeru dwar kif jista’ jsir aktar taħriġ.
Il-Ministru Emanuel Mallia qal li l-klieb huma essenzjali fil-ġlieda kontra d-droga speċjalment fil-habs.
Other Press Releases:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029