"WARA LI PAJJIŻNA JKOLLU QAFAS REGOLATORJU SOD LI JIĠBOR FLIMKIEN IL-ĦARSIEN TAL-AMBJENT U TAR-RIŻORSI, L-KOPERAZZJONI FL-OQSMA AMBJENTALI U TAR-RIŻORSI GĦANDHOM JISSAĦĦU BEJN MALTA U T-TUNEŻIJA"- IL-MINISTRU LEO BRINCAT
F'laqgħa li l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat kellu dalgħodu mal-Ministru għall-Biedja u Riżorsi Idroliċi tar-Repubblika tat-Tuneżija Mohamen Ben Salem qal li hemm potenzjal qawwi ta' investiment u koperazzjoni kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi.
Fl-istess waqt iżda jemmen ukoll li b'mod integrat il-koperazzjoni fl-oqsma ambjentali u tar-riżorsi għandhom jissaħħu bejn iż-żewġ pajjiżi. Dan speċjalment qal il-Ministru, wara li pajjiżna jkollu qafas regolatorju sod li jiġbor flimkien il-ħarsien tal-ambjent u tar-riżorsi, xi ħaġa li se ssir fil-ġejjieni qrib.
Il-Ministru Leo Brincat qal li filwaqt li pajjiżna qed jagħmel sforzi kbar biex jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku ħalli l-ġid jinfirex fost kullħadd, ma jistax ma jinnutax b'sodisfazzjoni kif it-Tuneżija qed tagħti spinta lill-ekonomija tagħha, anke ma' pajjiżi terżi, issa li qed tikkonsolida l-perjodu transitorju ta' wara r-rivoluzzjoni li għadda minnha l-pajjiż. Liema rivoluzzjoni fetħet era ġdida permezz tal-ewwel passi tar-rebbiegħa l-ġdida fid-dinja Għarbija kollha, temm jgħid il-Ministru Brincat.
Stqarrijiet Oħra:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029